LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 4/15 p. 27
  • X’Tiftakar?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Tiftakar?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Materjal Simili
  • Taf Min Huma Safan u l-Familja Tiegħu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Ipprova Ara lill-Oħrajn Kif Jarahom Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • L-Umli Ġosija Kellu l-Favur taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 4/15 p. 27

X’Tiftakar?

Ħadt gost taqra l-​ħarġiet reċenti tat-​Torri taʼ l-​Għassa? Mela, ara jekk tistax twieġeb dawn il-​mistoqsijiet li ġejjin:

• Kif nistgħu nibbenefikaw meta nitgħallmu dwar il-​familja taʼ Safan?

Safan kien jaqdi bħala segretarju u kittieb għal Ġosija, Sultan taʼ Ġuda. Bħala raġel influwenti fis-​Saltna, Safan appoġġa l-​kampanja tas-​Sultan biex iġedded il-​qima vera. Tnejn minn ulied Safan baqgħu leali lejn Ġeremija. Iben ieħor u żewġ neputijiet ukoll użaw l-​influwenza tagħhom biex jappoġġaw il-​qima vera. Bl-​istess mod, aħna għandna nużaw ir-​riżorsi u l-​influwenza tagħna biex nappoġġaw il-​qima vera.—12/15, paġni 19-22.

• Irene Hochstenbach kif irnexxielha tegħleb difett fiżiku kbir u tkun tistaʼ taqdi lil Jehovah?

Meta kellha sebaʼ snin tilfet is-​smigħ. Minkejja li hi truxa, tgħallmet tikkomunika m’oħrajn u issa tivvjaġġa mar-​raġel tagħha (indokratur li jivvjaġġa) hekk kif hu jaqdi f’kongregazzjonijiet ġewwa l-​Olanda.​—1/1, paġni 23-6.

• Liema żewġ għajnuniet ġodda għall-​istudju ħarġu fil-​konvenzjonijiet distrettwali “Proklamaturi Żelużi tas-​Saltna”?

Kristjani madwar id-​dinja ħadu gost ħafna meta rċivew il-​ktieb Qim lill-​Uniku Alla Veru, li sar bl-​għan li jiġi studjat maʼ wħud ġodda li diġà jkunu studjaw il-​ktieb Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem. Il-​ktieb ġdid l-​ieħor kien Draw Close to Jehovah (Ersaq Qrib Lejn Jehovah), li jiffoka fuq il-​kwalitajiet taʼ Jehovah u kif Hu jittratta magħna. Juri wkoll kif aħna nistgħu nimitawh billi nuru l-​kwalitajiet tiegħu. ​—1/15, paġni 23-4.

• Xi jfisser Proverbji 12:5: “Ħsibijiet il-​ġusti skond is-​sewwa”?

Il-​ħsibijiet stess tan-​nies sewwa huma tajbin moralment u huma mmirati lejn dak li hu sewwa u ġust. Ladarba t-​tajbin huma mqanqlin mill-​imħabba lejn Alla u lejn sħabhom il-​bnedmin, l-​intenzjonijiet tagħhom huma tajbin.—1/15, paġna 30.

• X’jistaʼ jgħin biex persuna tikkultiva ħarsa bilanċjata lejn ix-​xogħol?

Huwa tajjeb li nitħarrġu mit-​tfulija biex nistmaw ix-​xogħol. Il-​Bibbja tħeġġiġna biex ikollna etika tajba tax-​xogħol, u nevitaw l-​għażż. (Proverbji 20:4) Tħeġġeġ ukoll lil Kristjani biex ma jsirux preokkupati bix-​xogħol. Għandna nirrikonoxxu li s-​servizz lejn Alla għandu jkollu l-​aqwa post fil-​ħajjiet tagħna. (1 Korintin 7:​29-31) Barra minn hekk, il-​Kristjani veri huma fiduċjużi li Alla mhux se jitlaqhom.​—2/1, paġni 4-6.

• Fejn jissemma l-​ewwel artal fil-​Bibbja?

Dan insibuh f’Ġenesi 8:​20, fejn jirreferi għall-​artal li bena Noè meta ħareġ mill-​arka wara d-​Dilluvju. Iżda, x’aktarx li Kajjin u Abel użaw l-​artali meta għamlu l-​offerti tagħhom. (Ġenesi 4:​3, 4)​—2/15, paġna 28.

• Xi Kristjani kif jistgħu jieħdu vantaġġ minn bidla fiċ-​ċirkustanzi?

Xi wħud aċċettaw​—jew ħolqu​—bidliet fix-​xogħol tagħhom li ppermettewlhom iqattgħu iktar ħin fil-​ministeru. Oħrajn żiedu fil-​ħin u daħlu għal iktar privileġġi fis-​servizz t’Alla meta naqsulhom ir-​responsabbiltajiet tal-​familja, bħal meta t-​tfal saru adulti u żżewġu.​—3/1, paġni 19-22.

• L-​eżempji taʼ Ġona u l-​appostlu Pietru kif jgħinuna naraw lill-​oħrajn kif jarahom Jehovah?

Ilkoll nafu kemm Ġona u kemm Pietru kellhom nuqqasijiet fil-​ħsibijiet tagħhom u fil-​mod kif irreaġixxew fil-​provi tal-​fidi u taʼ l-​ubbidjenza. Madankollu, Jehovah ra biċ-​ċar kwalitajiet tajbin fit-​tnejn li huma u baqaʼ jużahom fis-​servizz tiegħu. Meta oħrajn joffenduna jew jiddiżappuntawna, nistgħu niffokaw fuq il-​kwalitajiet tajbin tagħhom li forsi ġibduna lejhom fil-​passat u fuq it-​tajjeb li Alla jara fihom.​—3/15, paġni 16-​19.

• In numri tal-​kapitli u l-​versi fil-​ktieb tas-​Salmi għala huma differenti f’diversi traduzzjonijiet tal-​Bibbja?

Hemm differenza bejn in-​numri tal-​kapitli u l-​versi fil-​ktieb oriġinali bil-​lingwa Ebrajka u dawk tat-​traduzzjoni għall-​Grieg fis-​Settanta. Traduzzjonijiet iktar reċenti jistgħu jkunu differenti, skond jekk humiex ibbażati fuq it-​test Ebrajk jew fuq is-​Settanta.​—4/1, paġna 31.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja