LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 7/1 p. 31
  • Vidjo li Mess Qlub iż-Żgħażagħ

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Vidjo li Mess Qlub iż-Żgħażagħ
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 7/1 p. 31

Vidjo li Mess Qlub iż-​Żgħażagħ

ĦAFNA żgħażagħ ġew inkuraġġiti biex jikkunsidraw bis-​serjetà l-​kondotta tagħhom meta raw il-​vidjo Young People Ask​—How Can I Make Real Friends?a (Iż-Żgħażagħ Jistaqsu—Kif Jistaʼ Jkolli Ħbieb Veri?) F’dan il-​vidjo nsibu pariri skritturali f’lokhom, kummenti persunali minn żgħażagħ Kristjani, u drama moderna u effettiva bbażata fuq ir-​rakkont Bibliku taʼ Dina. (Ġenesi, kapitlu 34) Il-​kummenti li ġejjin dwar il-​vidjo huma mill-​Messiku.

Martha tirrakkonta: “Il-​vidjo verament messli qalbi. Kien daqslikieku kien magħmul apposta għalija. Kont naħseb li kien biżżejjed li l-​għalliema tiegħi u sħabi taʼ l-​iskola kienu jafu li jien waħda mix-​Xhieda taʼ Jehovah. Ma tajthom ebda prova taʼ dan għax inqast milli nagħtihom xiehda. Jien inħossni grata għall-​informazzjoni kollha li Jehovah jipprovdi, speċjalment meta din tant tmissilna qalbna bħalma għamel dan il-​vidjo.”

Juan Carlos jgħid: “Dan il-​vidjo veru jġagħlek taħseb. Bħala żagħżugħ, għamilt ċerti żbalji u b’hekk stajt nara lili nnifsi f’xi wħud mill-​karattri fid-​drama. Xi ftit tas-​snin ilu, kont ngħix ħajja doppja, imma rrealizzajt li ħajja bħal din tistaʼ ġġib biss konsegwenzi koroh. Issa li rajt il-​vidjo, jien determinat li nkun leali lejn Jehovah.”

Sulem tammetti: “Meta rajt il-​vidjo ħassejtni vera mqanqla. Kont ili ftit li waqaft naqra l-​Bibbja, u bilkemm kont qed nitlob lil Jehovah. Meta qgħadt nismaʼ l-​kummenti li għamlu ż-​żgħażagħ fil-​vidjo, ħassejtni mqanqla biex nerġaʼ nibda nistudja l-​Bibbja u nitlob lil Jehovah.”

Illum, iż-​żgħażagħ jiffaċċjaw ħafna sfidi, u l-​ħbieb li jagħżlu jistgħu jeffettwawhom ferm fil-​mod kif jgħixu. (Salm 26:4; Proverbji 13:20) Il-​vidjo Young People Ask​—How Can I Make Real Friends? qed jgħin lil ħafna wħud jagħmlu deċiżjonijiet tajbin f’dan ir-​rigward.

[Nota taʼ taħt]

a Maħruġ mix-​Xhieda taʼ Jehovah.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja