LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 9/1 pp. 2-4
  • ‘Reliġjon Vera’—Waħda Biss Hemm?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Reliġjon Vera’—Waħda Biss Hemm?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “Mhux Reliġjonijiet fil-​Veru Sens tal-​Kelma”
  • Jagħmel Differenza X’Reliġjon Tħaddan?
  • Għala Qegħdin Jitolbu Maħfra?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 9/1 pp. 2-4

‘Reliġjon Vera’—Waħda Biss Hemm?

“SEWWASEW bħalma hemm Kristu wieħed, hekk ukoll jeżisti ġisem taʼ Kristu wieħed, għarusa taʼ Kristu waħda: ‘Knisja Kattolika u appostolika waħda.’”​—Dominus Iesus.

Dan huwa kif il-​kardinal Kattoliku Ruman, Joseph Ratzinger, enfasizza t-​tagħlim tal-​knisja tiegħu li jistaʼ jkun hemm biss reliġjon waħda vera. Din il-​knisja, qal hu, hija “Knisja taʼ Kristu waħda, li hija l-​Knisja Kattolika.”

“Mhux Reliġjonijiet fil-​Veru Sens tal-​Kelma”

Għalkemm il-​Papa Ġwanni Pawlu II insista li d-​dokument Dominus Iesus ma kien fih “ebda arroganza, jew diżrispett, lejn reliġjonijiet oħra,” mexxejja tal-​knisja Protestanta rreaġixxew bl-​ikrah. Per eżempju, fl-​Assemblea Ġenerali tal-​Presbiterjani f’Belfast, fl-​Irlanda taʼ Fuq, f’Ġunju tas-​sena 2001, ministru wieħed qal li dan id-​dokument kien ix-​xogħol taʼ “grupp li għandu ċerta saħħa fil-​Knisja Kattolika Rumana . . . imwerwrin min-​nuqqas taʼ preġudizzju li ntwera għall-​ewwel darba fil-​konċilju Vatikan II.”

Robin Eames, il-​Prelat ewlieni tal-​Knisja taʼ l-​Irlanda, qal li kien se jkun “diżappuntat ħafna” jekk dan id-​dokument kien “ritorn lejn il-​mod taʼ kif il-​Knisja Kattolika kienet taħsibha qabel il-​Konċilju Vatikan II.” Meta kkummenta dwar l-​istqarrija tal-​Vatikan, li l-​knejjes li ma jaċċettawx ċerti duttrini Kattoliċi “m’humiex knejjes fil-​veru sens tal-​kelma,” Eames qal: “Dan għalija jistaʼ jkun insult kbir.”

X’ġiegħel li jinkiteb id-​Dominus Iesus? Jidher li l-​Kurja Kattolika Rumana kienet inkwetata minħabba dak li ġie msejjaħ relattiviżmu reliġjuż. Skond The Irish Times, “il-​bidu tat-​teoloġija pluralista​—li bażikament tgħid li r-​reliġjonijiet kollha huma tajbin . . . beda jdejqu iktar u iktar lill-​Kardinal Ratzinger.” Jidher li kienet din il-​ħarsa li qanqlet il-​kummenti tiegħu dwar knisja waħda vera.

Jagħmel Differenza X’Reliġjon Tħaddan?

M’għandniex xi ngħidu, għal xi wħud, ir-​“relattiviżmu reliġjuż” jew it-​“teoloġija pluralista” hija ħafna iktar raġunevoli u attraenti minn kwalunkwe suġġeriment li jistaʼ jkun hemm biss reliġjon waħda vera. Għalihom, ir-​reliġjon għandha tkun sempliċement kwistjoni taʼ preferenza persunali. Huma jgħidu: ‘Fl-​aħħar mill-​aħħar, ma jimpurtax liema reliġjon tħaddan.’

Din forsi tidher li hi l-​iktar ħarsa tolleranti​—avolja wieħed mill-​effetti tagħha kien li r-​reliġjon inqasmet f’eluf taʼ denominazzjonijiet differenti. Ħafna jgħidu: ‘Din il-​varjetà fir-​reliġjon m’hi xejn ħlief espressjoni valida tal-​libertà individwali.’ Madankollu, skond il-​kittieb Steve Bruce, din “it-​tolleranza reliġjuża” hija fil-​fatt “indifferenza reliġjuża.”​—A House Divided: Protestantism, Schism, and Secularization.

Allura, liema hija l-​ħarsa t-​tajba? Hemm biss reliġjon waħda vera? U hija l-​Knisja Kattolika Rumana l-​unika waħda tajba? Huma r-​reliġjonijiet l-​oħra aċċettabbli daqsha għal Alla? Ladarba dawn il-​mistoqsijiet jinvolvu r-​relazzjoni tagħna mal-​Ħallieq, żgur li huwa importanti li nkunu nafu l-​ħarsa tiegħu dwar dan. Kif nistgħu nagħmlu hekk? Billi nfittxu fil-​Kelma ispirata t’Alla, il-​Bibbja. (Atti 17:11; 2 Timotju 3:​16, 17) Ejja nikkunsidraw dak li għandha x’tgħidilna dwar is-​suġġett taʼ reliġjon waħda vera.

[Sors tal-​Istampa f’paġna 2]

QOXRA: Mark Gibson/Index Stock Photography

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja