LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 3/1 pp. 3-4
  • Il-Ġlied bil-Kliem—Għala Jweġġaʼ?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Ġlied bil-Kliem—Għala Jweġġaʼ?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Materjal Simili
  • Japprovahom Alla l-Gwerer?
    Stenbaħ!—2002
  • “Fittex Il-Paċi u Iġri Warajha”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • “Ħa Niġru Wara l-Affarijiet li Jġibu l-Paċi”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Aħna Għala Ma Niġġildux fil-Gwerer Bħalma Għamlu l-Iżraelin?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 3/1 pp. 3-4

Il-​Ġlied bil-​Kliem—Għala Jweġġaʼ?

“Minfejn ġejjin il-​gwerer u minfejn ġej il-​ġlied fostkom?”​—ĠAKBU 4:1.

IL-​KITTIEB Bibliku Ġakbu m’għamilx din il-​mistoqsija lis-​suldati tal-​leġjuni Rumani, li dak iż-​żmien kienu għaddejjin bil-​gwerer tagħhom biex ikomplu jikkonkwistaw; lanqas ma ried ikun jaf x’kienu l-​motivi għall-​ġlied ribelluż tas-​Sikarji Lhud, jew l-​Irġiel Armati bis-​Skieken, fl-​ewwel seklu E.K. Ġakbu kellu f’moħħu l-​ġlied li jkun jinvolvi żewġ persuni biss. Għala? Għax bħall-​gwerer, il-​ġlied persunali huwa qerriedi. Innota dawn ir-​rakkonti Bibliċi.

Ulied il-​patrijarka Ġakobb tant kienu jobogħduh lil ħuhom Ġużeppi li bigħuh fil-​jasar. (Ġenesi 37:​4-​28) Iktar tard, is-​Sultan Sawl taʼ Iżrael ipprova joqtol lil David. Għala? Għax kien jgħir għal David. (1 Samwel 18:​7-​11; 23:​14, 15) Fl-​ewwel seklu, żewġ nisa Kristjani, Evodja u Sintike, fixklu l-​paċi taʼ kongregazzjoni sħiħa bl-​argumenti tagħhom.​—Filippin 4:2.

Fi żminijiet iktar reċenti, l-​irġiel solvew id-​differenzi tagħhom fid-​dwellijiet, billi kkonfrontaw lil xulxin bix-​xwabel jew bil-​pistoli. Taʼ spiss, wieħed mid-​dwellisti kien jinqatel jew jiġi mmankat għal għomru. Illum, dawk li jiġġieldu ġeneralment jillimitaw l-​armi tagħhom għal kliem iebes li jweġġaʼ. Għalkemm forsi ma jixxerridx demm, l-​attakki verbali jfieru l-​emozzjonijiet u r-​reputazzjonijiet. Taʼ sikwit huma l-​innoċenti li jbatu f’dawn il-​“gwerer.”

Ikkunsidra x’ġara ftit tas-​snin ilu meta qassis Anglikan akkuża lil qassis ieħor li uża ħażin il-​flus tal-​knisja. Il-​ġlieda tagħhom saret xi ħaġa pubblika, u l-​kongregazzjoni li kienu jaqdu fiha nqasmet. Xi membri rrifjutaw li jattendu s-​servizzi reliġjużi mmexxijin mill-​qassis li kienu jopponu. Tant kienet qawwija l-​istmerrija bejn il-​membri li meta kienu jkunu l-​knisja għall-​qima lanqas biss kienu jħarsu lejn xulxin. Meta l-​qassis li għamel l-​akkuża ġie akkużat hu stess bi mġiba sesswali ħażina, il-​qiegħa kompliet tisħon sew.

L-​Arċisqof taʼ Canterbury talab bil-​ħrara liż-​żewġ membri tal-​kleru biex iwaqqfu din is-​sitwazzjoni, waqt li sejjaħ il-​ġlied tagħhom “kankru” u “skandlu li jiddiżonora l-​isem tal-​Mulej Tagħna.” Fl-​1997, wieħed mill-​qassisin aċċetta li jirtira. L-​ieħor żamm il-​kariga tiegħu sakemm kellu jitlaq bilfors minħabba li kien laħaq l-​età li jirtira. Madankollu, dam kemm setaʼ u rtira meta għalaq is-​70 sena, fis-​7 t’Awissu, 2001. The Church of England Newspaper qalet li dakinhar li rtira kienet il-​festa taʼ “San” Vittriċju. Min kien “San” Vittriċju? Isqof li għex fir-​rabaʼ seklu u li jingħad li ġie msawwat bil-​frosta għax irrifjuta li jiġġieled f’armata. Sabiex tikkummenta fuq il-​kuntrast bejn iż-​żewġ attitudnijiet, il-​gazzetta qalet: “[Il-qassis li rtira] ma kellux il-​karatteristika li jirrifjuta li jiġġieled fi gwerra ekkleżjastika.”

Dawn il-​qassisin setgħu evitaw li jweġġgħu lilhom infushom u lil oħrajn li kieku applikaw il-​kliem taʼ Rumani 12:​17, 18: “Troddu lil ħadd ħsara bi ħsara. Agħmlu t-​tajjeb quddiem il-​bnedmin kollha. Jekk inhu possibbli, sakemm jiddependi minnkom, żommu l-​paċi mal-​bnedmin kollha.”

Xi ngħidu għalik? Jekk xi ħadd joffendik, se ġġagħlek il-​korla taqlaʼ ġlieda verbali? Jew inkella tevita l-​kliem iebes u tkun lest li tagħmel paċi mill-​ewwel? Jekk toffendi lil xi ħadd, tara kif tagħmel biex tevitah u tittama li maż-​żmien jinsa l-​problema? Jew tkun pront u titolbu skuża minnufih? Kemm jekk titlob maħfra u kemm jekk taħfer, il-​fatt li tipprova tagħmel paċi jagħmlek iktar ferħan. Il-​pariri tal-​Bibbja jistgħu jgħinuna nsolvu saħansitra konflitti li jkunu ilhom ħafna snin, bħalma jurina l-​artiklu li jmiss.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja