Mistoqsijiet mill-Qarrejja
Dewteronomju 14:21 jgħid: “Tiklux mill-ebda bhima mejta.” Imur dan kontra l- kliem taʼ Levitiku 11:40, li jgħid: “Min jiekol minn ġisimha mejjet, għandu jaħsel ħwejġu u jibqaʼ mniġġes sa filgħaxija”?
M’hemm ebda kontradizzjoni bejn dawn iż-żewġ versi. L-ewwel wieħed jirripeti l-projbizzjoni kontra li jittiekel annimal li jinstab mejjet, forsi dak li jkun inqatel minn xi bhejjem salvaġġi. (Eżodu 22:30 [22:31, NW]; Levitiku 22:8) It-tieni vers jispjega x’setaʼ jagħmel Iżraeli jekk ikun kiser din il-projbizzjoni, forsi bi żball.
Il-fatt li xi ħaġa tkun projbita mil-Liġi ma jfissirx li l-projbizzjoni xi darba jew oħra m’hijiex se tiġi injorata. Per eżempju, kien hemm regoli kontra s-serq, il-qtil, min jixhed ħażin, u affarijiet bħal dawn. Fl-istess waqt, kien hemm kastigi għal min jikser dawn il-liġijiet mogħtijin minn Alla. Dawn il-kastigi kienu jsaħħu l-liġijiet u wrew kemm kienu serji.
Min kien jikser il-projbizzjoni kontra li jittiekel il-laħam t’annimal li jinstab mejjet kien se jkun imniġġes f’għajnejn Ġeħova u biex jindaf kien se jkollu jgħaddi minn ċerta proċedura. Jekk kien jonqos milli jnaddaf lilu nnifsu kif suppost, kien se “jkun ħati taʼ ħżunitu.”—Levitiku 17:15, 16.