LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 4/1 p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Materjal Simili
  • X’Tiftakar?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • “Il-Liġi tal-Mulej perfetta”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • Il-Liġi Qabel Kristu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 4/1 p. 31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

X’nistgħu nitgħallmu mill-​projbizzjoni li nsibu f’Eżodu 23:19: “La tgħallix il-​gidi f’ħalib ommu”?

Dan il-​kmand tal-​Liġi Mosajka, li jidher tliet darbiet fil-​Bibbja, jistaʼ jgħinna nifhmu l-​ħarsa taʼ Ġeħova dwar dak li hu xieraq, il-​mogħdrija, u t-​tenerezza tiegħu. Jenfasizza wkoll l-​istmerrija tiegħu lejn il-​qima falza.—Eżodu 34:26; Dewteronomju 14:21.

Il-fatt li gidi jew annimal ieħor jiġi mgħolli f’ħalib ommu jmur kontra l-​arranġament naturali taʼ l-​affarijiet kif għamlu Ġeħova. Alla pprovda l-​ħalib taʼ l-​omm biex din titmaʼ żżgħar tagħha u tgħinhom jikbru. Skond wieħed studjuż, meta gidi jissajjar f’ħalib ommu tkun qed tintwera “stmerrija lejn ir-​relazzjoni li Alla stabbilixxa u qaddes bejn il-​ġenituri u ż-​żgħar.”

Barra minn hekk, xi wħud jissuġġerixxu li setaʼ kien hemm ritwal pagan li fih il-​gidi kien jiġi mgħolli f’ħalib ommu sabiex tinżel ix-​xita. Jekk dan hu minnu, il-​projbizzjoni kienet se tipproteġi lill-​Iżraelin mill-​prattiċi reliġjużi bla sens u krudili tal-​ġnus taʼ madwarhom. Il-​Liġi Mosajka kienet tipprojbixxi b’mod speċifiku lill-​Iżraelin milli jimxu maʼ l-​istatuti taʼ dawn il-​ġnus.​—Levitiku 20:23.

Fl-aħħarnett, f’din il-​liġi partikulari naraw il-​mogħdrija tenera taʼ Ġeħova. Fil-​fatt, il-​Liġi kien fiha għadd taʼ kmandi żgħar simili kontra l-​krudeltà lejn l-​annimali u li jipproteġu lil dak li jkun milli jaħdem kontra l-​ordni naturali taʼ kif imorru l-​affarijiet. Per eżempju, il-​Liġi kienet tinkludi kmandi li jipprojbixxu s-​sagrifiċċju t’annimal jekk ma jkunx ilu m’ommu minn taʼ l-​inqas sebat ijiem, u projbizzjoni kontra li tieħu mill-​bejta kemm l-​omm u kemm il-​bajd tagħha jew nisilha.​—Levitiku 22:​27, 28; Dewteronomju 22:​6, 7.

Jidher ċar li l-​Liġi ma kinitx sempliċi ġabra t’ordnijiet u projbizzjonijiet komplikati. Fost affarijiet oħra, il-​prinċipji li fiha jgħinuna nnaqqxu fina sens taʼ morali iktar għoljin li tassew jirriflettu l-​kwalitajiet meraviljużi taʼ Ġeħova.​—Salm 19:​8-12 (19:​7-​11, NW).

[Sors tal-Istampa f’paġna 31]

© Timothy O’Keefe/Index Stock Imagery

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja