LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 12/1 p. 3
  • Armageddon—Tmiem Katastrofiku?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Armageddon—Tmiem Katastrofiku?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Materjal Simili
  • Armageddon—Meta?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • X’inhi l-battalja t’Armageddon?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • X’tgħid il-Bibbja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Armageddon—Bidu taʼ Ferħ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 12/1 p. 3

Armageddon—Tmiem Katastrofiku?

ARMAGEDDON! Tqajjem din il-​kelma ħsibijiet taʼ distruzzjoni kbira jew t’univers jinħaraq? Ftit hemm espressjonijiet Bibliċi li saru parti mid-​diskors taʼ kuljum daqs il-​kelma “Armageddon.” It-​terminu ilu jintuża biex jiddeskrivi l-​prospetti koroh li se jiffaċċjaw il-​bnedmin. L-​industrija tad-​divertiment imliet l-​immaġinazzjoni tan-​nies b’xeni tal-​waħx t’“Armageddon” li hi riesqa. Il-​kelma hija mdawra b’misteri u ideat żbaljati. Filwaqt li hemm ħafna ideat dwar it-​tifsir tagħha, il-​maġġuranza minnhom m’humiex fi qbil maʼ dak li l-​Bibbja​—is-​sors taʼ l-​espressjoni​—tgħallem dwar Armageddon.

Ladarba l-​Bibbja torbot Armageddon maʼ “tmiem id-​dinja,” ma taqbilx li hu vitali li jkollna fehma ċara dwar xi tfisser eżatt din il-​kelma? (Mattew 24:​3, Għaqda Biblika Maltija) U ma jkunx raġunevoli li nduru lejn l-​aqwa sors taʼ verità, il-​Kelma t’Alla, sabiex insibu tweġibiet dwar x’inhi Armageddon u xi tfisser għalik u għall-​familja tiegħek?

Eżami bħal dan se juri li minflok ma ġġib tmiem katastrofiku, Armageddon se tintroduċi bidu taʼ ferħ għal dawk l-​uħud li jixtiequ jgħixu u jiffjorixxu f’dinja ġdida taʼ ġustizzja. Int se tingħata fehma ċara taʼ din il-​verità Skritturali vitali hekk kif tikkunsidra d-​diskussjoni dwar it-​tifsir veru t’Armageddon fl-​artiklu li jmiss.

[Kaxxa/Stampa f’paġna 3]

X’TAĦSEB LI HI ARMAGEDDON?

• Olokawst nukleari

• Diżastru fl-​ambjent

• Kolliżjoni taʼ xi meteorita maʼ l-​art

• Qerda tal-​ħżiena minn Alla

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja