LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 12/1 p. 3
  • Għala Għandna Nidentifikaw l-Antikrist?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala Għandna Nidentifikaw l-Antikrist?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Materjal Simili
  • Min hu l-antikrist?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Min Hu l-Antikrist?
    Stenbaħ!—2001
  • L-Antikrist Jinkixef
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Min hu l-antikrist?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 12/1 p. 3

Għala Għandna Nidentifikaw l-​Antikrist?

“Smajtu li ġej l-​antikrist,” kiteb l-​appostlu ispirat ħafna żmien ilu. (1 Ġwanni 2:18) Kemm iqanqal l-​interess dan il-​kliem! In-​nies ilhom sekli sħaħ jaħsbu dwar x’jistaʼ jfisser. Min hu l-​antikrist? Meta se jiġi? X’se jagħmel meta jiġi?

IL-​LISTA taʼ dawk li ġew akkużati li huma l-​antikrist hija waħda twila. Fil-​passat, il-​Lhud, il-​papiet Kattoliċi, kif ukoll l-​imperaturi Rumani ngħataw it-​tikketta taʼ “antikrist.” Per eżempju, meta l-​Imperatur Federiku II (1194-​1250) għażel li ma jingħaqadx maʼ Kruċjata f’isem il-​knisja, il-​Papa Gregorju IX sejjaħlu l-​antikrist u skomunikah. Innoċenz IV, is-​suċċessur taʼ Gregorju, reġaʼ skomunikah. Federiku rreaġixxa billi ddikjara lil Innoċenz bħala l-​antikrist.

L-appostlu Ġwanni huwa l-​uniku kittieb tal-​Bibbja li juża l-​kelma “antikrist.” Fi tnejn mill-​ittri li jġibu ismu, il-​kelma tidher ħames darbiet, kemm fis-​singular u kemm fil-​plural. Il-​versi li fihom tidher il-​kelma huma mniżżlin fil-​kaxxa fil-​paġna li jmiss. Minn dawn il-​versi nistgħu naraw li l-​antikrist huwa giddieb u qarrieqi, determinat li jeqred ir-​relazzjoni li individwu jkollu maʼ Kristu u m’Alla. Minħabba f’hekk, l-​appostlu ħeġġeġ lil sħabu l-​Kristjani: “Maħbubin, temmnux kull espressjoni mnebbħa, imma għarblu l-​espressjonijiet imnebbħin biex taraw jekk joriġinawx minn Alla, għax dehru ħafna profeti foloz fid-​dinja.”​—1 Ġwanni 4:1.

Anki Ġesù wissa kontra dawk li jqarrqu, jew il-​profeti foloz, meta qal: “[Huma] jiġu għandkom lebsin taʼ nagħaġ, imma minn ġewwa huma lpup imġewħin. Mill-​frott [jew, l-​għemejjel] tagħhom tagħrfuhom.” (Mattew 7:​15, 16) Kien Ġesù wkoll qed iwissi lis-​segwaċi tiegħu kontra l-​antikrist figurattiv? Ejja naraw kif nistgħu nidentifikaw lil dan il-​qarrieq malizzjuż.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja