LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 12/1 pp. 4-7
  • L-Antikrist Jinkixef

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Antikrist Jinkixef
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Antikrist Hu Kontra s-​Segwaċi taʼ Kristu
  • Ixerred Gideb Reliġjuż
  • L-​Antikristijiet Jiċħdu s-​Saltna t’Alla
  • L-​Antikrist ‘Jgħarrax il-​Widnejn’
  • “Għarblu l-​Espressjonijiet Imnebbħin”
  • Min hu l-antikrist?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Min Hu l-Antikrist?
    Stenbaħ!—2001
  • Min hu l-antikrist?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Għala Għandna Nidentifikaw l-Antikrist?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 12/1 pp. 4-7

L-​Antikrist Jinkixef

KIF tipproteġi lilek innifsek kieku tkun taf li epidemija fatali qed tinfirex madwar l-​inħawi tiegħek? X’aktarx li ssaħħaħ is-​sistema taʼ l-​immunità tiegħek u toqgħod ’il bogħod min-​nies li jkunu kontaminati bil-​marda. Aħna għandna nagħmlu l-​istess f’sens spiritwali. L-​Iskrittura tgħidilna li l-​antikrist “diġà qiegħed fid-​dinja.” (1 Ġwanni 4:3) Jekk irridu naħarbu milli niġu “infettati,” irridu nidentifikaw lil dawk “kontaminati” u nevitawhom. Għandna għalxiex inkunu grati li l-​Bibbja tagħtina biżżejjed informazzjoni dwar is-​suġġett.

Il-kelma “antikrist” tfisser “kontra (jew, minflok) Kristu.” Allura f’sens iktar ġenerali, it-​terminu jirreferi għal dawk kollha li jopponu lil Kristu jew li b’mod falz isostnu li huma Kristu jew ir-​rappreżentanti tiegħu. Ġesù nnifsu qal: “Min mhux miegħi kontra tiegħi [jew, antikrist], u min ma jiġborx miegħi jxerred.”​—Luqa 11:23.

M’għandniex xi ngħidu, Ġwanni kiteb dwar l-​antikrist iktar minn 60 sena wara l-​mewt taʼ Ġesù u l-​irxoxt tiegħu fis-​sema. Għalhekk, l-​attivitajiet taʼ l-​antikrist iridu jiġu mifhumin skond il-​mod kif jeffettwaw lis-​segwaċi leali taʼ Ġesù fuq l-​art.​—Mattew 25:​40, 45.

L-​Antikrist Hu Kontra s-​Segwaċi taʼ Kristu

Ġesù wissa lis-​segwaċi tiegħu li d-​dinja in ġenerali kellha tobgħodhom. Hu qal: “Jagħtukom f’idejn min iġagħalkom issofru u joqtlukom, u tkunu mibgħudin mill-​ġnus kollha minħabba ismi. U jqumu ħafna profeti foloz u jqarrqu b’ħafna.”​—Mattew 24:​9, 11.

Peress li d-​dixxipli taʼ Ġesù huma persegwitati “minħabba [isem Ġesù],” jidher ċar li dawk li jippersegwitawhom huma antikristijiet, jew kontra Kristu. Il-​“profeti foloz,” li xi wħud minnhom darba kienu Kristjani, ukoll jaqgħu f’din il-​kategorija. (2 Ġwanni 7) Dawn il-​“ħafna antikristijiet,” kiteb Ġwanni, “ħarġu minn fostna, imma ma kinux it-​tip tagħna; għax kieku kienu t-​tip tagħna, kienu jibqgħu magħna.”​—1 Ġwanni 2:​18, 19.

Kemm il-​kliem taʼ Ġesù u kemm taʼ Ġwanni jindika b’mod ċar li l-​antikrist m’huwiex persuna waħda imma hu magħmul minn ħafna antikristijiet individwali. Iktar minn hekk, minħabba li huma profeti foloz, waħda mill-​miri tagħhom hi l-​qerq reliġjuż. Liema huma xi metodi li jużaw?

Ixerred Gideb Reliġjuż

L-​appostlu Pawlu wissa lill-​ħaddiem sieħbu Timotju biex joqgħod attent mit-​tagħlim taʼ l-​apostati, bħal Imeni u Filetu, li “kelmithom [kellha] tinxtered bħall-​kankru.” Pawlu żied jgħid: “Dawn l-​irġiel tbiegħdu mill-​verità, għax jgħidu li l-​irxoxt diġà seħħ; u qed jaqilbu l-​fidi taʼ xi wħud.” (2 Timotju 2:​16-​18) Milli jidher, Imeni u Filetu għallmu li l-​irxoxt kien wieħed simboliku u li l-​Kristjani kienu diġà ġew irxoxtati f’sens spiritwali. Huwa minnu li meta wieħed isir dixxiplu ġenwin taʼ Ġesù, hu jsir ħaj mill-​ħarsa t’Alla u Pawlu nnifsu qal dan ċar u tond. (Efesin 2:​1-5) Minkejja dan, it-​tagħlim taʼ Imeni u Filetu ma kienx jagħti importanza lill-​wegħda taʼ Ġesù dwar irxoxt letterali tal-​mejtin taħt il-​ħakma tas-​Saltna t’Alla.​—Ġwanni 5:​28, 29.

Ideat taʼ rxoxt simboliku għall-​aħħar ġew żviluppati iktar tard minn grupp taʼ wħud li kienu jissejħu Injostiċi. Ladarba kienu jemmnu li l-​għarfien (gnosis bil-​Grieg) setaʼ jinkiseb b’mod mistiku, l-​Injostiċi ħalltu l-​Kristjanità apostata mal-​filosofija Griega u mal-​mistiċiżmu taʼ l-​Orjent. Per eżempju, huma sostnew li kulma hu fiżiku hu mill-​agħar, u għal din ir-​raġuni, Ġesù ma ġiex lura b’ġisem uman imma sempliċement deher li kellu ġisem uman​—twemmin li jissejjaħ Doċetiżmu. Bħalma rajna, dan hu eżatt dak li wissa kontrih l-​appostlu Ġwanni.​—1 Ġwanni 4:​2, 3; 2 Ġwanni 7.

Gidba oħra, li ġiet maħduma ħafna sekli wara, hija d-​duttrina taʼ l-​hekk imsejħa Trinità mqaddsa, li ssostni li Ġesù hu kemm Alla li Jistaʼ Kollox u kemm l-​Iben t’Alla. Fil-​ktieb tiegħu The Church of the First Three Centuries, Dr. Alvan Lamson jgħid li d-​duttrina tat-​Trinità “kellha l-​oriġini tagħha f’sors barrani għalkollox minn dak taʼ l-​Iskrittura Lhudija u Kristjana; li żviluppat, u ġiet miżjuda mal-​Kristjanità, permezz tal-​Qassisin Platonisti.” Min kienu dawn il-​“Qassisin Platonisti”? Dawn kienu membri apostati tal-​kleru li ssaħħru bit-​tagħlim pagan tal-​Filosfu Grieg Platun.

Iż-żjieda tat-​Trinità kienet manuvra qawwija taʼ l-​antikrist, għaliex din id-​duttrina ġabet lil Alla jidher bħala misteru u tappnet ir-​relazzjoni tiegħu maʼ Ibnu. (Ġwanni 14:28; 15:10; Kolossin 1:​15) Aħseb ftit, kif jistaʼ wieħed ‘jersaq qrib lejn Alla,’ kif tħeġġeġ l-​Iskrittura, jekk Alla hu misteru?​—Ġakbu 4:8.

Biex iżidu mat-​taħwid, ħafna tradutturi tal-​Bibbja neħħew l-​isem t’Alla, Ġeħova, mit-​traduzzjonijiet tagħhom tal-​Bibbja, avolja dan jidher iktar minn 7,000 darba fil-​kitba oriġinali! Jidher ċar li min jipprova jbiddel lil Dak li Jistaʼ Kollox mhux biss f’sempliċi misteru imma wkoll f’misteru bla isem ikun qed juri diżrispett kbir lejn il-​Ħallieq tagħna u lejn il-​Kelma ispirata tiegħu. (Rivelazzjoni 22:​18, 19) Iktar minn hekk, min jibdel l-​isem divin maʼ titli bħal Mulej u Alla jkun qed imur kontra t-​talba mudell li qal Ġesù, li parti minnha tgħid: “Jitqaddes ismek.”​—Mattew 6:9.

L-​Antikristijiet Jiċħdu s-​Saltna t’Alla

L-​antikristijiet saru attivi b’mod partikulari “fl-​aħħar jiem,” iż-​żmien li ngħixu fih bħalissa. (2 Timotju 3:​1) Waħda mill-​miri prinċipali taʼ dawn il-​qarrieqa taʼ żmienna hi li jiżvijaw lin-​nies fejn jidħol l-​irwol taʼ Ġesù bħala s-​Sultan tas-​Saltna t’Alla, gvern fis-​sema li dalwaqt se jaħkem fuq l-​art abitata kollha.​—Danjel 7:​13, 14; Rivelazzjoni 11:15.

Per eżempju, xi mexxejja reliġjużi jippridkaw li s-​Saltna t’Alla hija kundizzjoni fil-​qalb tal-​bniedem, opinjoni li m’għandha ebda bażi fl-​Iskrittura. (Danjel 2:​44) Oħrajn isostnu li Kristu jaħdem permezz tal-​gvernijiet u l-​istituzzjonijiet umani. Madankollu, Ġesù qal: “Is-​saltna tiegħi mhix parti minn din id-​dinja.” (Ġwanni 18:36) Tabilħaqq, huwa Satana, mhux Kristu, “il-​ħakkiem tad-​dinja” u “l-​alla taʼ din is-​sistema.” (Ġwanni 14:30; 2 Korintin 4:4) Dan jispjega għala Ġesù dalwaqt se jelimina l-​gvernijiet umani kollha u se jsir l-​uniku Ħakkiem tad-​dinja. (Salm 2:​2, 6-9; Rivelazzjoni 19:​11-​21) In-​nies jitolbu biex dan iseħħ meta fit-​Talba tal-​Missierna jgħidu bl-​amment: “Ħa tiġi saltnatek. Ħa jkun li trid int . . . fuq l-​art.”​—Mattew 6:​10.

Minħabba li jappoġġaw is-​sistemi politiċi tad-​dinja, ħafna mexxejja reliġjużi opponew, u saħansitra ppersegwitaw, lil dawk li jipproklamaw il-​verità dwar is-​Saltna t’Alla. Huwa interessanti li l-​ktieb Bibliku tar-​Rivelazzjoni jsemmi prostituta simbolika​—“Babilonja l-​Kbira”—li tinsab “fis-​sakra bid-​demm tal-​qaddisin u bid-​demm tax-​xhieda taʼ Ġesù.” (Rivelazzjoni 17:​4-6) Hi tipprattika wkoll il-​prostituzzjoni spiritwali billi tagħti l-​appoġġ tagħha lis-​“slaten” taʼ l-​art, jew lill-​ħakkiema politiċi, u taċċetta lura ċerti privileġġi. Din il-​mara simbolika m’hi ħadd iktar ħlief ir-​reliġjonijiet foloz tad-​dinja. Hi tagħmel parti kbira mill-​antikrist.​—Rivelazzjoni 18:​2, 3; Ġakbu 4:4.

L-​Antikrist ‘Jgħarrax il-​Widnejn’

Minbarra li jiċħdu l-​verità tal-​Bibbja, ħafna Kristjani taʼ l-​isem telqu l-​livelli tal-​Bibbja dwar l-​imġiba u saru favur il-​moralità popolari. Il-​Kelma t’Alla bassret dan l-​iżvilupp meta qalet: “Ikun hemm perijodu taʼ żmien meta [nies li jgħidu li jaqdu lil Alla] ma jittollerawx it-​tagħlim mimli saħħa, imma, fi qbil max-​xewqat tagħhom, jiġbru għalliema madwarhom biex jgħarrxulhom widnejhom.” (2 Timotju 4:3) Dawn l-​uħud li jsostnu li huma għalliema imma li fir-​realtà jgħallmu l-​gideb huma deskritti wkoll bħala “appostli foloz, ħaddiema qarrieqa, li jinbidlu f’appostli taʼ Kristu.” Il-​Bibbja tkompli tgħid: “Tmiemhom ikun skond għemilhom.”​—2 Korintin 11:​13-​15.

Għemilhom jinkludi “kondotta laxka,” li b’mod sfaċċat hija indifferenti lejn il-​prinċipji morali għoljin. (2 Pietru 2:​1-3; 12-​14) Ma narawx aħna numru li dejjem jikber taʼ mexxejja reliġjużi u s-​segwaċi tagħhom jadottaw​—jew għallinqas jaċċettaw​—prattiki li m’humiex Kristjani, bħall-​omosesswalità u s-​sess barra ż-​żwieġ? Jekk jogħġbok ħu ftit ħin biex tqabbel l-​attitudnijiet u l-​istili taʼ ħajja li huma aċċettati minn ħafna maʼ dak li tgħid il-​Bibbja f’Levitiku 18:22; Rumani 1:​26, 27; 1 Korintin 6:​9, 10; Ebrej 13:4; u Ġuda 7.

“Għarblu l-​Espressjonijiet Imnebbħin”

Minħabba dak li għadna kif rajna, aħna għandna nagħtu kas il-​kliem taʼ l-​appostlu Ġwanni biex ma jkollniex ħarsa apatetika lejn it-​twemmin reliġjuż tagħna. Hu jwissi: “Temmnux kull espressjoni mnebbħa, imma għarblu l-​espressjonijiet imnebbħin biex taraw jekk joriġinawx minn Alla, għax dehru ħafna profeti foloz fid-​dinja.”​—1 Ġwanni 4:1.

Ikkunsidra l-​eżempju tajjeb taʼ ċerti nies taʼ “moħħ nobbli” li għexu fil-​belt taʼ Berea fl-​ewwel seklu. Huma “laqgħu l-​kelma bl-​akbar ħeġġa u kienu jeżaminaw bir-​reqqa l-​Iskrittura kuljum biex jaraw jekk dak li semgħu [li qalu Pawlu u Sila] kienx minnu.” (Atti 17:​10, 11) Iva, għalkemm kienu ħerqana biex jitgħallmu, il-​Bereani aċċertaw ruħhom li dak li semgħu u aċċettaw kellu għeruq sodi fl-​Iskrittura.

Illum ukoll, il-​Kristjani ġenwini m’humiex influwenzati mill-​varjazzjonijiet taʼ l-​opinjonijiet popolari imma jaqbdu qabda soda mal-​verità tal-​Bibbja. L-​appostlu Pawlu kiteb: “Dan inkompli nitlob, li mħabbitkom tikber u toktor dejjem iżjed b’għarfien eżatt u dixxerniment sħiħ.”​—Filippin 1:​9.

Jekk mhux diġà għamilt hekk, agħmilha l-​mira tiegħek li tikseb “għarfien eżatt u dixxerniment sħiħ” billi titgħallem x’tgħid il-​Bibbja verament. Dawk li jimitaw lill-​Bereani ma jiġux imqarrqin mill-​“kliem qarrieq” taʼ l-​antikristijiet. (2 Pietru 2:3) Minflok, huma jinħelsu permezz tal-​verità spiritwali tal-​Kristu li hu reali u tas-​segwaċi veri tiegħu.​—Ġwanni 8:​32, 36.

[Kaxxa/Stampa f’paġna 4]

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA DWAR L-​ANTIKRIST

“Ulied żgħar, din hi l-​aħħar siegħa [evidentement it-​tmiem tal-​perijodu appostoliku], u, bħalma smajtu li ġej l-​antikrist, saħansitra issa hawn ħafna antikristijiet.” —1 Ġwanni 2:​18.

“Min hu l-​giddieb jekk mhux dak li jiċħad li Ġesù hu l-​Kristu? Dan hu l-​antikrist, dak li jiċħad lill-​Missier u lill-​Iben.” ​—1 Ġwanni 2:​22.

“Kull espressjoni mnebbħa li ma tistqarrx lil Ġesù ma toriġinax minn Alla. Iktar minn hekk, din hi l-​espressjoni mnebbħa taʼ l-​antikrist, li intom smajtu li kienet ġejja u li issa diġà qiegħda fid-​dinja.” —1 Ġwanni 4:​3.

“Fid-​dinja dehru ħafna qarrieqa, nies li ma jistqarrux li Ġesù Kristu ġie bħala bniedem. Dak hu l-​qarrieq u l-​antikrist.” ​—2 Ġwanni 7.

[Kaxxa/Stampi f’paġna 5]

QARRIEQ B’ĦAFNA WĊUĦ

Il-​kelma “antikrist” tapplika għal dawk kollha li jiċħdu dak li tgħid il-​Bibbja dwar Ġesù Kristu, dawk kollha li jopponu s-​Saltna tiegħu, u dawk kollha li jittrattaw ħażin lis-​segwaċi tiegħu. Din tinkludi wkoll lil individwi, organizzazzjonijiet, u ġnus li b’mod falz isostnu li jirrappreżentaw lil Kristu jew li b’mod żbaljat jieħdu għalihom infushom l-​irwol tal-​Messija billi bi prużunzjoni jwiegħdu li se jagħmlu dak li Kristu biss jistaʼ jwettaq—iġib paċi u sigurtà veri.

[Sors]

Wistin: ©SuperStock/age fotostock

[Stampa f’paġna 7]

Bħall-​Bereani, aħna għandna ‘neżaminaw bir-​reqqa l-​Iskrittura kuljum’

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja