LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 1/15 p. 32
  • Mara taʼ Iktar minn Mitt Sena bi Skop f’Ħajjitha

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mara taʼ Iktar minn Mitt Sena bi Skop f’Ħajjitha
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 1/15 p. 32

Mara taʼ Iktar minn Mitt Sena bi Skop f’Ħajjitha

ELIN hija waħda mis-​60 persuna fl-​Isvezja li reċentement ġew imniżżlin fil-​lista taʼ dawk li għandhom 105 snin jew iktar. Hi għandha 105 snin. Għalkemm ma tistax toħroġ mid-​dar taʼ l-​anzjani fejn tgħix, is-​saħħa tagħha tippermettilha tkompli taqdi bħala Xhud taʼ Ġeħova attiva, il-​ħajja li għażlet iktar minn 60 sena ilu.

Fl-ippridkar tagħha lil oħrajn, Elin issegwi l-​eżempju taʼ l-​appostlu Pawlu meta kien miżmum arrestat f’dar. Pawlu ppriedka lil dawk kollha li kienu jżuruh. (Atti 28:​16, 30, 31) B’mod simili, Elin taħtaf kull opportunità biex titkellem maʼ dawk li jnaddfu, mad-​dentisti, it-​tobba, il-​parrukkieri, l-​infermiera, u oħrajn li tiltaqaʼ magħhom fid-​dar taʼ l-​anzjani, u taqsam magħhom l-​aħbar tajba li tinsab fil-​Bibbja. Minn żmien għal żmien, sħabha fit-​twemmin fil-​kongregazzjoni tagħha jistiednu lill-​istudenti tal-​Bibbja tagħhom biex iżuru lil Elin ħalli jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-​għarfien u l-​esperjenza tagħha.

Membri fil-​kongregazzjoni t’Elin japprezzaw il-​personalità ferriħija u l-​kurżità tagħha. Wieħed ħu jgħid: “Hi għandha abbiltà taʼ l-​għaġeb biex iżżomm ruħha aġġornata dwar l-​attivitajiet tal-​kongregazzjoni. Hi tiftakar l-​ismijiet tat-​tfal kollha u taʼ dawk li reċentement daħlu fil-​kongregazzjoni.” Elin hija magħrufa sew ukoll bħala persuna li turi ospitalità, tħobb tiċċajta, u li għandha ħarsa pożittiva lejn il-​ħajja.

X’jgħin lil Elin tibqaʼ ferħana u ffokata fuq l-​iskop tagħha fil-​ħajja? Hi taqra vers mill-​Iskrittura kuljum mill-​ktejjeb Neżaminaw l-​Iskrittura Kuljum, pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Bl-​għajnuna taʼ lenti li tkabbar, hi taqra wkoll silta mill-​Bibbja kuljum. Elin tipprepara għal-​laqgħat tax-​Xhieda taʼ Ġeħova kull ġimgħa, u għalkemm fiżikament ma tistax tattendi, hi tismaʼ dawn il-​laqgħat rekordjati fuq kasett. Il-​qari regulari tal-​Bibbja u taʼ pubblikazzjonijiet ibbażati fuq il-​Bibbja u l-​attendenza regulari għal-​laqgħat Kristjani jistgħu jgħinuna ngħixu ħajja sodisfaċenti u mimlija skop, hi x’inhi l-​età tagħna.​—Salm 1:2; Ebrej 10:​24, 25.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja