LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 1/15 p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Materjal Simili
  • Iservi t’Eżempju Tajjeb Għalik jew taʼ Twissija?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Salamun Jaħkem bl-Għerf
    Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
  • Id-“Dmir Taʼ Kull Bniedem”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Ħajtek—X’Inhu l-Iskop Tagħha?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 1/15 p. 31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

F’liema sens Koħèlet sab biss ‘raġel f’elf, iżda mara fost in-​nisa ma sabx waħda’?—Koħèlet 7:​28.

Biex nifhmu sew dan il-​kliem ispirat, hemm bżonn li l-​ewwel nifhmu kif Alla jqis lin-​nisa. Il-​Bibbja tirreferi għall-​armla Rut, mart bin Nagħomi, bħala “mara sewwa.” (Rut 3:​11) Skond Proverbji 31:10 mara taʼ ħila “tiswa ħafna aktar mill-​ġawhar.” Allura, x’ried ifisser is-​Sultan Salamun taʼ Iżrael tal-​qedem meta qal: “Raġel f’elf sibtu, iżda mara . . . ma sibtx waħda”?

Il-kuntest juri li n-​nisa fi żmien Salamun b’mod ġenerali kellhom livelli morali baxxi. (Koħèlet 7:26) Dan jistaʼ jkun riżultat taʼ l-​influwenza tan-​nisa barranin li kienu jipprattikaw il-​qima taʼ Bagħal. Anki s-​Sultan Salamun ċeda għall-​pressjoni li kellu mill-​ħafna nisa barranin tiegħu. Il-​Bibbja tgħid li hu “kellu sebaʼ mitt mara prinċipessi u tliet mija konkubini. U dawn in-​nisa tiegħu ħassrulu qalbu” biex jadura allat foloz. (1 Slaten 11:​1-4) Il-​livelli morali taʼ l-​irġiel ukoll ma kinux sewwa—raġel wieħed minn elf kien rari, kważi ma ssibux. Salamun ikkonkluda: “Ara dan biss sibt: li Alla għamel il-​bniedem dritt, iżda huma jfittxu tagħwiġ bla għadd.” (Koħèlet 7:​29) Din hi konklużjoni dwar l-​umanità​—ir-​raġel bħala li jirrappreżenta r-​razza umana, mhux ir-​raġel meta jiġi mqabbel maʼ mara. Għaldaqstant, il-​kliem misjub f’Koħèlet 7:28 għandu jitqies bħala kumment dwar il-​kundizzjoni morali ġenerali tan-​nies taʼ żmien Salamun.

Però, hemm possibbiltà oħra għat-​tifsira taʼ dan il-​vers. Dan jistaʼ wkoll ikun profetiku, għax qatt ma kien li mara obdiet perfettament lil Ġeħova. Iżda raġel li għamel dan kien hemm​—Ġesù Kristu.​—Rumani 5:​15-​17.

[Stampa f’paġna 31]

“Raġel f’elf”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja