Stedina għal Taħdita Speċjali
Int Tistaʼ Tkun fis-Sigurtà f’Din id-Dinja Mimlija Inkwiet!
Din it-taħdita bbażata fuq il-Bibbja se tingħata madwar id-dinja kollha f’iktar minn 230 pajjiż. F’ħafna mill-postijiet, it-taħdita se tingħata nhar il-Ħadd, 15 t’April, 2007. X’se titgħallem? Per eżempju, ikkunsidra:
X’ġiegħel lil biljuni taʼ nies madwar id-dinja ma jħossuhomx fis-sigurtà?
Meta, b’mod partikulari, għab is-sens taʼ sigurtà?
Fejn u kif tistaʼ tinstab is-sigurtà vera?
Sir af it-tweġibiet billi tkun preżenti għal din it-taħdita importanti bbażata fuq il-Bibbja li se tingħata f’għaxriet t’eluf taʼ postijiet. F’ħafna każi, se tingħata fis-Sala tas-Saltna tax-Xhieda taʼ Ġeħova. Ix-Xhieda fl-inħawi tiegħek se jkunu ferħanin li jipprovdulek il-ħin u l-indirizz. Aħna nistidnuk mill-qalb biex tattendi din it-taħdita f’waqtha u inkuraġġanti bbażata fuq il-Bibbja.