LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 9/15 p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Materjal Simili
  • ‘Nagħrfu bid-Dehen x’Aħna’—Fi Żmien il-Mafkar
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 9/15 p. 31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Ladarba l-​Lhud ngħataw il-​kmand biex ma jkollhom “xejn bil-​ħmira” waqt il-​Qbiż, Ġesù għala uża l-​inbid​—prodott tal-​fermentazzjoni​—meta stabbilixxa t-​Tifkira taʼ mewtu?​—Eżodu 12:20; Luqa 22:​7, 8, 14-​20.

L-​osservanza tal-​Qbiż, li kienet tikkommemora l-​Eżodu taʼ wlied Iżrael mill-​Eġittu, ġiet stabbilita fis-​sena 1513 Q.E.K. Meta ta l-​istruzzjonijiet għall-​osservanza tagħha, Ġeħova qal: “Tieklu xejn bil-​ħmira, kulu l-​ażżmu fl-​għamajjar kollha tagħkom.” (Eżodu 12:​11, 20) Din il-​projbizzjoni divina applikat biss għat-​tip taʼ ħobż li kellu jittiekel waqt il-​Qbiż. Ma kienx hemm referenza għall-​inbid.

Ir-raġuni prinċipali għar-​restrizzjoni fuq il-​ħmira kien li t-​tluq taʼ l-​Iżraelin mill-​Eġittu kien wieħed taʼ malajr. Eżodu 12:34 jispjega: “Il-​poplu ħa l-​għaġna bla ħmira, u l-​lniebi misrura fl-​imnatar fuq spallejhom.” In-​nuqqas taʼ ħmira waqt l-​osservanzi tal-​Qbiż li ġew wara kien se jservi bħala tfakkira għal ġenerazzjonijiet futuri dwar dan il-​fatt importanti.

Maż-żmien, il-​ħmira spiss bdiet titqies bħala simbolu tad-​dnub jew tal-​korruzzjoni. Per eżempju, b’referenza għal persuna immorali fil-​kongregazzjoni Kristjana, l-​appostlu Pawlu staqsa: “Ma tafux li ftit ħmira tħemmer l-​għaġna kollha?” Imbagħad qal: “Neħħu l-​ħmira l-​qadima biex tkunu għaġna ġdida, ħelsin minn kulma jiffermenta. Għax Kristu, il-​Qbiż tagħna, ġie sagrifikat. Għaldaqstant ħa nosservaw il-​festa, mhux bi ħmira qadima, lanqas bi ħmira taʼ ħażen u aġir mill-​agħar, imma b’ħobż bla ħmira taʼ sinċerità u verità.” (1 Korintin 5:​6-8) Ħobż bla ħmira biss setaʼ jservi bħala simbolu tal-​ġisem uman taʼ Ġesù li hu bla dnub.​—Ebrej 7:​26.

Iktar tard, il-​Lhud bdew jużaw l-​inbid ukoll fl-​osservanza tal-​Qbiż. X’aktarx li bdew jagħmlu dan wara li rritornaw mill-​eżilju f’Babilonja. Il-​Bibbja mkien ma toġġezzjona dwar din iż-​żjieda, u għalhekk Ġesù setaʼ bix-​xieraq juża l-​inbid fl-​ikla tal-​Qbiż. M’għandniex xi ngħidu, il-​fermentazzjoni naturali li seħħet fl-​inbid fiż-​żmien tal-​qedem kienet differenti minn dik li seħħet b’konnessjoni mal-​ħobż. Fil-​każ taʼ l-​għaġna, sabiex tiffermenta kellha bżonn il-​ħmira. L-​inbid magħmul mill-​għeneb ma kellhom bżonn iżidulu xejn biex jiffermenta. L-​ingredjenti tal-​fermentazzjoni kienu diġà fl-​għeneb. Il-​meraq pur taʼ l-​għeneb ma kienx disponibbli fil-​Qbiż għaliex minn żmien il-​ħsad fil-​ħarifa sal-​Qbiż fir-​rebbiegħa kien se jilħaq jiffermenta.

Għalhekk, l-​użu taʼ l-​inbid minn Ġesù bħala emblema fit-​Tifkira bl-​ebda mod ma jmur kontra l-​istruzzjonijiet għall-​Qbiż rigward il-​ħmira. Kwalunkwe nbid aħmar li m’huwiex miżjud biz-​zokkor, bl-​alkoħol, jew bil-​ħwawar huwa xieraq biex jintuża bħala simbolu tad-​“demm prezzjuż” taʼ Kristu.​—1 Pietru 1:​19.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja