LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 9/15 p. 32
  • ‘Jagħmlu l-Frott Sa Fi Xjuħithom’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Jagħmlu l-Frott Sa Fi Xjuħithom’
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 9/15 p. 32

‘Jagħmlu l-​Frott Sa Fi Xjuħithom’

ĦAFNA nies f’pajjiżi Mediterranji jħawlu l-​palm tat-​tamal fil-​btieħi tagħhom. Dawn is-​siġar huma magħrufin għas-​sbuħija u għall-​frott delizzjuż tagħhom. Barra minn hekk, dawn is-​siġar jibqgħu jagħmlu l-​frott għal ħafna iktar minn mitt sena.

Is-Sultan Salamun taʼ Iżrael tal-​qedem b’mod poetiku xebbah l-​istatura taʼ tfajla sabiħa Sulamija maʼ siġra tal-​palm. (L-Għanja taʼ l-​Għanjiet 7:​7) Il-​ktieb Plants of the Bible (Siġar tal-​Bibbja) jgħid: “Il-​kelma Ebrajka għall-​palma tat-​tamal hija ‘tàmâr.’ . . . Dan l-​isem sar is-​simbolu Lhudi tal-​grazzja u l-​eleganza u taʼ spiss il-​Lhud kienu jagħtu dan l-​isem lil uliedhom bniet.” Per eżempju, oħt Salamun mill-​missier, li kienet sabiħa fid-​dehra, kien jisimha Tamar. (2 Samwel 13:1) Xi ġenituri għadhom jagħtu dan l-​isem lill-​ulied bniet tagħhom.

M’humiex biss in-​nisa sbieħ li jiġu mxebbhin maʼ siġra tal-​palm. Is-​salmista għanna: “Il-​bniedem ġust bħall-​palma jħaddar, bħal ċedru tal-​Libanu jikber. Mħawwlin f’dar il-​Mulej, iħaddru fil-​btieħi tat-​tempju taʼ Alla tagħna. Sa fi xjuħithom il-​frott jagħmlu, kollhom ħajja u ħdura.”​—Salm 92:​13-​15 (92:​12-14, NW).

B’mod figurattiv, dawk li jaqdu lil Alla lealment sa fi xjuħithom għandhom ħafna affarijiet komuni mas-​siġra eleganti tal-​palm. Il-​Bibbja tgħid: “Ix-​xagħar abjad kuruna taʼ ġieħ, li tinkiseb b’ħajja tajba.” (Proverbji 16:31) Għalkemm is-​saħħa fiżika tagħhom tistaʼ tbatti maż-​żmien, dawk imdaħħlin fiż-​żmien jistgħu jibqgħu b’saħħithom spiritwalment billi jsostnu lilhom infushom permezz taʼ studju regulari tal-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja. (Salm 1:​1-3; Ġeremija 17:​7, 8) Minħabba l-​kliem mimli ħlewwa u l-​eżempju mill-​aqwa tagħhom, uħud anzjani leali huma sors kbir taʼ inkuraġġiment għal oħrajn u jibqgħu jagħmlu l-​frott sena wara l-​oħra. (Titu 2:​2-5; Ebrej 13:​15, 16) Bħall-​palma tat-​tamal, uħud avanzati fl-​età jistgħu jkunu produttivi sa fi xjuħithom.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja