LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 10/15 p. 32
  • “Ammirajt id-Determinazzjoni Inkredibbli Tiegħu”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Ammirajt id-Determinazzjoni Inkredibbli Tiegħu”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 10/15 p. 32

“Ammirajt id-​Determinazzjoni Inkredibbli Tiegħu”

GÜNTER GRASS, awtur Ġermaniż u rebbieħ tal-​Premju Nobel għal-​Letteratura fl-​1999, ippubblika l-​awtobijografija tiegħu fl-​2006. Fiha hu ddeskriva ż-​żmien meta ntgħażel biex ikun parti mid-​difiża ċivili Ġermaniża. Fl-​istess ktieb, hu jitkellem dwar raġel li għamel impressjoni tant kbira fuqu li baqaʼ jiftakru għal iktar minn 60 sena. Dan kien individwu wieħed li żamm sod fil-​fidi tiegħu taħt persekuzzjoni.

F’intervista li ġiet pubblikata f’gazzetta li toħroġ kuljum li jisimha Frankfurter Allgemeine Zeitung, Grass isemmi lil dan l-​individwu straordinarju, li rrifjuta li jmur għall-​gwerra. Grass qal li r-​raġel “ma kienx jaqbel ma l-​ebda ideoloġija popolari, sew jekk kienet Nazista, Komunista, jew Soċjalista. Dan kien wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.” Grass ma jiftakarx l-​isem tax-​Xhud li lilu kien tah il-​laqam “Aħna ma nagħmlux dawk l-​affarijiet.” Riċerkaturi tax-​Xhieda taʼ Ġeħova identifikaw lil dan l-​individwu bħala Joachim Alfermann. Hu ġie msawwat u umiljat ripetutament, u mbagħad tpoġġa f’ċella waħdu. Iżda Alfermann baqaʼ sod u rrifjuta li jmur għall-​gwerra.

Grass jgħid: “Jien ammirajt id-​determinazzjoni inkredibbli tiegħu. Kont nistaqsi lili nnifsi: Kif jistaʼ jissaporti dan kollu? Kif jirnexxilu?” Wara li ssaporta sforzi fit-​tul biex titkissirlu l-​integrità tiegħu lejn Alla, Alfermann fl-​aħħar ġie mibgħut fil-​kamp tal-​konċentrament taʼ Stutthof fi Frar taʼ l-​1944. F’April taʼ l-​1945 ġie meħlus wara li salva mill-​gwerra u baqaʼ leali bħala wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova sakemm miet fis-​sena 1998.

Alfermann kien wieħed mit-​13,400 Xhud​—fil-​Ġermanja u f’pajjiżi oħrajn okkupati min-​Nazisti​—li sofrew vendetta minħabba l-​fidi tagħhom. Huma segwew id-​direzzjoni tal-​Bibbja, billi baqgħu newtrali politikament u billi rrifjutaw li jmorru għall-​gwerra. (Mattew 26:52; Ġwanni 18:36) Xi 4,200 Xhud kienu miżmumin f’kampijiet tal-​konċentrament, u 1,490 tilfu ħajjithom. Anki llum, il-​waqfa li ħadu timpressjona lil ħafna li m’humiex taʼ l-​istess twemmin, imma li jammirawhom għal-​lealtà tagħhom.

[Stampa f’paġna 32]

Joachim Alfermann

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja