LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w08 12/15 p. 32
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
w08 12/15 p. 32

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

F’Neħemija 8:10, lil-​Lhud intqalilhom biex ‘jieklu ikel rikk,’ jew skond xi traduzzjonijiet ‘ikel imxaħħam,’ avolja l-​Liġi f’Levitiku 3:17 qalet: ‘Ma tridu tieklu ebda xaħam.’ Kif nistgħu nsibu qbil bejn dawn l-​istqarrijiet?

Fil-​lingwa oriġinali, il-​kliem tradott skond ċerti traduzzjonijiet bħala ‘affarijiet imxaħħmin’ f’Neħemija 8:10 u “xaħam” f’Levitiku 3:17 huwa differenti. Il-​kelma Ebrajka kelev, li f’Levitiku 3:17 hija tradotta bħala “xaħam,” tirreferi għax-​xaħam taʼ l-​annimali jew tal-​bnedmin. (Lev. 3:3; Mħ. 3:22) Il-​kuntest taʼ vers 17 juri li l-​Israelin ma setgħux jieklu s-​saffi taʼ xaħam li kienu jinsabu madwar l-​imsaren u l-​kliewi taʼ l-​annimali offruti bħala sagrifiċċju u lanqas ix-​xaħam taʼ fuq il-​ġenbejn minħabba li “x-​xaħam kollu hu taʼ Ġeħova.” (Lev. 3:14-16) Għalhekk, ix-​xaħam fl-​iġsma taʼ l-​annimali li kienu se jiġu offruti lil Ġeħova ma kellux jittiekel.

Min-naħa l-​oħra, il-​kelma tradotta “ikel rikk,” jew imxaħħam, f’Neħemija 8:10 hija maxmannim, u din hi l-​unika darba li din il-​kelma tidher fl-​Iskrittura Ebrajka. Ġejja mill-​verb xamen, li jfisser “kun oħxon, eħxien.” Il-​konċett bażiku tal-​grupp taʼ kliem li hu relatat maʼ dan il-​verb jidher li jfisser prosperità u benesseri. (Qabbel Isaija 25:6.) Waħda mill-​kliem li spiss toħroġ minn dan il-​verb hija n-​nom xemen, li spiss tiġi tradotta “żejt,” inkluż fl-​espressjoni “żejt taż-​żebbuġa.” (Dt. 8:8; Lev. 24:2) Bħalma hi użata f’Neħemija 8:10, il-​kelma maxmannim milli jidher tirreferi għall-​ikel preparat bi kwantità kbira taʼ żejt u jistaʼ jkun li setaʼ inkluda laħam li kellu xi traċċi taʼ xaħam imma mhux saffi taʼ xaħam pur taʼ l-​annimali.

Għalkemm l-​Israelin kienu projbiti milli jieklu s-​saffi tax-​xaħam taʼ l-​annimali, huma setgħu jieklu ikel rikk u delizzjuż. Xi affarijiet bħal ftajjar magħmulin mill-​qmuħ ma kinux imsajrin fix-​xaħam taʼ l-​annimali imma fiż-​żejt tal-​ħxejjex, spiss fiż-​żejt taż-​żebbuġa. (Lev. 2:7) B’hekk, l-​Insight on the Scriptures jispjega li t-​terminu ‘affarijiet imxaħħmin’ hawnhekk ‘jirreferi għal porzjonijiet rikki, affarijiet li ma kinux nexfin jew xotti, imma torja, inkluż ikel delizzjuż preparat biż-​żjut tal-​ħxejjex.’

M’għandniex xi ngħidu, il-​Kristjani għandhom iżommu f’moħħhom li l-​projbizzjoni kontra li jittiekel ix-​xaħam kienet parti mil-​Liġi. M’għadhomx taħt il-​Liġi, inkluż il-​ħtiġijiet relatati mas-​sagrifiċċji taʼ l-​annimali.—Rum. 3:20; 7:4, 6; 10:4; Kol. 2:16, 17.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja