LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w09 4/1 p. 15
  • Kont Taf?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kont Taf?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Materjal Simili
  • Min Kien Ponzju Pilatu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Ġesù jingħata f’idejn is-suldati biex joqtluh
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
w09 4/1 p. 15

Kont Taf?

Kellu raġuni Ponzju Pilatu biex jibżaʼ minn Ċesari?

Biex jisforzaw lill-​Gvernatur Ruman Ponzju Pilatu joqtol lil Ġesù, il-​mexxejja Lhud qalu: “Jekk teħles lil dan ir-​raġel, m’intix ħabib taʼ Ċesari.” (Ġwanni 19:12) “Ċesari” li jissemma hawn kien l-​Imperatur Ruman Tiberju. Kellu raġuni Pilatu biex jibżaʼ minn Ċesari?

X’tip taʼ persuna kien Tiberju Ċesari? Snin qabel il-​ġuri taʼ Ġesù, Tiberju kien diġà sar “raġel li kien jidher li jinteressah biss f’li jissodisfa x-​xewqat tiegħu u l-​modi dejjem iktar perversi tiegħu biex jissodisfahom,” tgħid The New Encyclopædia Britannica. Il-​paranojja ġegħlitu jittortura u joqtol lil kull min kien saħansitra ssuspettat bi tradiment. “Jekk nistgħu nemmnu l-​istorjografi li għexu fi żmienu,” jgħid l-​istess xogħol taʼ referenza, “id-​divertimenti favoriti tiegħu kienu krudili u oxxeni. Hu kien joqtol b’kefrija u kważi kulmeta ried u jkun min ikun.”

Għalhekk, ir-​reputazzjoni taʼ Tiberju setgħet wasslet lil Pilatu biex iċedi għall-​pressjoni li għamlulu l-​mexxejja Lhud u jordna l-​qtil taʼ Ġesù.—Ġwanni 19:13-16.

Għala Ġesù ħasel saqajn l-​appostli tiegħu?

F’Israel tal-​qedem, ħafna nies komuni kienu jagħmlu l-​attivitajiet taʼ kuljum tagħhom ħafjin. Iż-​żraben, għal min kien jużahom, kienu sandlijiet li ma kienu xejn iktar ħlief qiegħ marbut b’ċinga mas-​sieq u l-​għaksa. Ladarba t-​toroq u l-​għelieqi kienu bit-​trab jew bit-​tajn, is-​saqajn tan-​nies ma setgħux ma jitħammġux.

Għalhekk, kienet id-​drawwa li persuna tneħħi s-​sandli tagħha qabel ma tidħol fid-​dar. L-​ospitalità kienet titlob li jinħaslu saqajn il-​mistieden. Dan ix-​xogħol kien isir mill-​kap tad-​dar jew mill-​qaddej. Il-​Bibbja fiha għadd taʼ referenzi għal din il-​prattika komuni. Per eżempju, Abraham qal lill-​viżitaturi fit-​tinda tiegħu: “Ħa nġib ftit ilma, jekk jogħġobkom, u aħslu saqajkom. Imbagħad oqogħdu bil-​qiegħda taħt is-​siġra. U ħa nġib biċċa ħobż, u sostnu ruħkom.”—Ġenesi 18:4, 5; 24:32; 1 Samwel 25:41; Luqa 7:37, 38, 44.

Din l-​informazzjoni tgħinna nifhmu għala Ġesù ħasel saqajn id-​dixxipli tiegħu matul l-​aħħar Qbiż magħhom. F’dik l-​okkażjoni, ma kienx hemm kap tad-​dar jew qaddej biex iwettaq dan is-​servizz u evidentement ħadd mid-​dixxipli ma offra biex jagħmel dan. Għalhekk, billi ħa friskatur bl-​ilma u xugaman biex jaħsel u jixxotta saqajn l-​appostli tiegħu, Ġesù ta lil dawk l-​irġiel lezzjoni taʼ mħabba u umiltà.—Ġwanni 13:5-17.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja