LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w10 1/1 p. 8
  • Il-Ħames Ħrafa: Marija Hi Omm Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Ħames Ħrafa: Marija Hi Omm Alla
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Materjal Simili
  • Hi Marija omm Alla?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Il-Qima taʼ Alla Mara Omm Għadha Teżisti?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Hija Marija “Omm Alla”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • “Ara! L-Ilsira ta’ Ġeħova!”
    Imita l-Fidi Tagħhom
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
w10 1/1 p. 8

Il-Ħames Ħrafa: Marija Hi Omm Alla

Kif bdiet il-ħrafa?

“Il-qima lil omm Alla ħadet spinta meta . . . l-mases pagani daħlu fil-knisja. . . . Id-devozzjoni u t-twemmin reliġjuż tagħhom [dak tal-pagani li kkonvertew għall-Kristjanità] kienu ilhom jiġu fformati għal eluf taʼ snin permezz tal-kult tal-alla mara ‘l-omm il-kbira’ u tal-‘verġni divina.’”—The New Encyclopædia Britannica (1988), Volume 16, paġni 326 u 327.

Il-Bibbja x’tgħid?

“Inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù. Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin l-Għoli. . . . U għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis, u jissejjaħ Bin Alla.”—Korsiv tagħna; Luqa 1:31-35, Għaqda Biblika Maltija.

Din is-silta mill-Iskrittura tgħid b’mod ċar li Marija kienet omm “Bin Alla,” mhux omm Alla nnifsu. Setgħet hi ġġorr ġo fiha l-Wieħed li ‘s-smewwiet infushom ma jesgħuhx’? (1 Slaten 8:27) Hi qatt ma sostniet dan. Huwa t-tagħlim dwar it-Trinità li ħoloq it-taħwid dwar l-identità taʼ Marija. Billi sejħilha Teotokos (kelma Griega li tfisser “dik li wildet lil Alla”), jew “Omm Alla,” il-Konċilju taʼ Efesu, fis-sena 431 E.K., ħejja t-triq għall-qima lil Marija. Il-belt taʼ Efesu, fejn inżamm dan il-konċilju tal-knisja, kienet għal sekli sħaħ fiċ-ċentru tal-qima lil idoli, tiċċelebra l-festa taʼ Artemi, l-alla mara tal-fertilità.

Minħabba f’hekk ġara li ħafna aspetti mill-qima li kienu jagħtu lix-xbieha taʼ Artemi li “waqgħet mis-sema,” bħalma huma l-purċissjonijiet, iddaħħlu fil-qima lil Marija. (Atti 19:35) Prattika oħra li daħlet baxx baxx fit-tagħlim Kristjan kienet l-użu tax-xbihat taʼ Marija u taʼ oħrajn fil-qima.

Qabbel dawn il-versi Bibliċi: Mattew 13:53-56; Marku 3:31-35; Luqa 11:27, 28

FATT:

Marija kienet omm Bin Alla, mhux omm Alla nnifsu. Il-ħrafa tat-Trinità tat bidu għall-qima lil Marija bħala li hi Omm Alla

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja