LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w10 2/15 p. 29
  • “Id-Dritt tat-Tfal Biex Jikbru Spiritwalment”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Id-Dritt tat-Tfal Biex Jikbru Spiritwalment”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Materjal Simili
  • Ibni Familja Soda Spiritwalment
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Teħtieġ l-Għajnuna biex Tifhem il-Bibbja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • X’Jeħtieġu t-Tfal Mingħand il-Ġenituri
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Meditazzjoni li Hija taʼ Benefiċċju
    Stenbaħ!—2000
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
w10 2/15 p. 29

“Id-​Dritt tat-​Tfal Biex Jikbru Spiritwalment”

FID-​9 taʼ Diċembru, 2008, l-​Akkademja Svediża għad-​Drittijiet tat-​Tfal kellha seminar uniku bit-​tema “Id-​Dritt tat-​Tfal Biex Jikbru Spiritwalment.” Ġew preżentati ħafna opinjonijiet minn kelliema li rrappreżentaw lill-​Knisja tal-​Isvezja, lil reliġjonijiet tal-​Kristjaneżmu oħrajn, lill-​Iżlam, u lill-​għaqda favur id-​drittijiet tal-​bniedem.

Fost il-​kelliema kien hemm membru tal-​kleru li qal: “Wieħed bilkemm jistaʼ jagħti deskrizzjoni eżatta u ġusta tal-​importanza kbira li għandhom ir-​rakkonti Bibliċi fuq l-​ispiritwalità tat-​tfal.” Il-​ħtiġijiet spiritwali tat-​tfal kif jintlaħqu permezz taʼ siltiet Skritturali?

Il-​membru tal-​kleru qal: “Is-​siltiet u r-​rakkonti jagħtu lit-​tfal materjal fuqiex jaħsbu u jimmeditaw waħedhom.” Hu semma “l-​istorja taʼ Adam u Eva, Kajjin u Abel, David u Gulija, it-​twelid taʼ Ġesù, il-​kollettur tat-​taxxa Żakkew, il-​parabbola tal-​iben il-​ħali, u s-​Samaritan it-​tajjeb.” Dawn issemmew bħala “wħud mill-​eżempji taʼ rakkonti li jservu biex jiggwidaw il-​mod kif [it-​tfal] jaħsbu dwar kwistjonijiet importanti li jqumu fil-​ħajja bħat-​tradiment, il-​maħfra, l-​indiema, il-​mibegħda, in-​nuqqas taʼ morali, ir-​rikonċiljazzjoni, u l-​imħabba tal-​aħwa u dik mhix egoistika.” Hu żied: “Dawn is-​siltiet joffru eżempji li jistgħu jsiru parti mill-​ħajja taʼ dak li jkun billi jibda jaġixxi fuqhom u jesperjenzahom fil-​prattika.”

M’għandniex xi ngħidu, huwa tajjeb li jiġi inkuraġġit il-​qari tal-​Bibbja. Imma huma t-​tfal tassew kapaċi “jaħsbu u jimmeditaw waħedhom” fuq dak li jaqraw mill-​Iskrittura u jaslu għal konklużjonijiet korretti?

Anki l-​adulti għandhom bżonn spjegazzjoni taʼ siltiet Skritturali. Pereżempju, il-​Bibbja tgħidilna dwar raġel li ma setax jifhem l-​Iskrittura billi ‘jaħseb u jimmedita waħdu.’ Dan ir-​raġel kien uffiċjal Etjopjan. Kien qed jaqra l-​profezija taʼ Isaija imma ma fehemx it-​tifsir tagħha. Minħabba li ried jifhem il-​messaġġ tal-​profeta, hu laqaʼ l-​ispjegazzjoni li tah id-​dixxiplu Filippu. (Atti 8:26-​40) Dan l-​Etjopjan mhuwiex l-​uniku wieħed li għandu bżonn l-​għajnuna biex jifhem l-​Iskrittura. Ilkoll kemm aħna—speċjalment it-​tfal—għandna bżonn spjegazzjoni taʼ siltiet Skritturali.

Il-​Bibbja twissina: “Il-​bluha hi marbuta ma’ qalb taʼ tifel.” (Prov. 22:15) It-​tfal għandhom bżonn il-​gwida u d-​direzzjoni, u l-​ġenituri tagħhom għandhom ir-​responsabbiltà biex jagħtuhom edukazzjoni morali u spiritwali bbażata fuq il-​Bibbja u fuq dak li jiġi mgħallem fil-​kongregazzjoni Kristjana. It-​tfal għandhom id-​dritt li jirċievu dan it-​taħriġ. Minn età żgħira, jeħtieġu l-​għajnuna biex jibnu pedament Bibliku sod ħalli jikbru spiritwalment. Dan biex isiru “nies maturi . . . mħarrġin biex jagħrfu jagħżlu kemm it-​tajjeb u kemm il-​ħażin.”—Ebr. 5:14.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja