LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w12 1/1 pp. 14-15
  • Meta Għandna Nibqgħu Mqajmin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta Għandna Nibqgħu Mqajmin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Materjal Simili
  • Tifel li Marret Għajnu Bih
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • “M’Iniex Responsabbli għall-Mewt taʼ Xi Ħadd”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
  • “Ishru!”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Henjin Huma Dawk li Jibqgħu Mqajmin!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
w12 1/1 pp. 14-15

Għallem lil Uliedek

Meta Għandna Nibqgħu Mqajmin

GĦANDEK mnejn taqbel li hu importanti li tibqaʼ mqajjem meta tkun l-​iskola. Ħafna jaqbadhom in-​nagħas meta jkunu fil-​klassi, imma biex titgħallem, trid tibqaʼ mqajjem. Forsi tattendi wkoll laqgħat li fihom tistudja l-​Bibbja.

X’tistaʼ tagħmel biex tibqaʼ mqajjem?—a Idea waħda hi li tmur torqod iktar kmieni filgħaxija. Forsi jkun t’għajnuna wkoll jekk tieħu nagħsa waranofsinhar. Ejja naraw x’nistgħu nitgħallmu minn żagħżugħ li marret għajnu bih tard bil-​lejl waqt taħdita li kien qed jagħti l-​appostlu Pawlu. Iftaħ il-​Bibbja f’Atti kapitlu 20, versi 7 sa 12, u ara x’ġara.

Pawlu kien qed iżur il-​kongregazzjoni li kienet fil-​belt taʼ Troas li kellha port. Il-​Bibbja tgħid li Pawlu “kien se jitlaq l-​għada” b’dgħajsa. Allura, “tawwal id-​diskors tiegħu sa nofsillejl.” Naqraw: “Wieħed żagħżugħ li kien jismu Ewtiku kien bil-​qiegħda f’ħoġor it-​tieqa u raqad fil-​fond waqt li Pawlu kien għadu jitkellem.” Imbagħad x’ġara?—

Ewtiku waqaʼ mit-​tieqa “għal isfel mit-​tielet sular.” Pawlu u l-​oħrajn niżlu jiġru t-​taraġ malajr kemm setgħu, imma Ewtiku kien mal-​art—mejjet! Tistaʼ timmaġina kemm ħassewhom imnikktin?— Il-​Bibbja tgħid li Pawlu qabad lil Ewtiku f’idejh u għannqu. Pawlu ma damx ma għajjat bil-​ferħ: ‘Tinkwetawx, m’għandu xejn!’ Alla kien qajjem lil Ewtiku mill-​mewt!

X’nistgħu nitgħallmu dwar Alla minn dak li ġara lil Ewtiku?— Ħaġa waħda hi li Ġeħova, Missierna tas-​sema, jistaʼ jqajjem lill-​mejtin mill-​mewt, inkluż liż-​żgħażagħ. Ġeħova jifhimkom u jħobbkom, iva, saħansitra iktar mill-​ġenituri tagħkom. Meta Ġesù kien fuq l-​art, hu wera kif inhu Missieru billi ħa liċ-​ċkejknin f’dirgħajh u berikhom. Irxoxta wkoll lil xi żgħażagħ, inkluż tifla taʼ 12-​il sena.

Il-​fatt li taf li Missierek tas-​sema jħobbok, kif iġiegħlek tħossok?— Iġegħelna nħobbu lil Ġeħova lura u nkunu rridu nobdu dak li jgħid Hu. Taf kif nistgħu nuru li nħobbuh?— Mod wieħed hu billi ngħidu li nħobbuh. Ġesù qal: “Jien inħobb lill-​Missier.” Imma Ġesù mhux biss qal li jħobb lil Alla. Hu wera li jħobbu b’dak li għamel.

Ġesù obda lil Alla. “Dejjem nagħmel dak li jogħġob lilu,” qal Ġesù. Jekk nagħmlu l-​istess, se nagħmlu l-​almu tagħna biex nibqgħu mqajmin meta suppost ħalli nogħġbu lil Ġeħova u lil Ibnu, Ġesù.

Aqra mill-​Bibbja Tiegħek

Atti 20:7-​12

Luqa 8:49-​56

Ġwanni 8:29; 14:31

[Nota taʼ taħt]

a Jekk qed taqra mat-​tfal, is-​sinjal qiegħed hemm biex ifakkrek li għandek tieqaf u tinkuraġġixxi lit-​tfal jesprimu ruħhom.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja