LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 1/1 p. 3
  • Lill-Qarrejja Tagħna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Lill-Qarrejja Tagħna
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 1/1 p. 3

Lill-​Qarrejja Tagħna

Ir-​rivista li qiegħed taqra bdiet tiġi pubblikata f’Lulju tal-​1879. L-​affarijiet inbidlu minn dak iż-​żmien—u din ir-​rivista wkoll. (Ara r-​ritratti fuq.) Minn din il-​ħarġa, se tinnota iktar tibdil fil-​mod kif se jibda jkun imqassam It-​Torri tal-​Għassa. X’se jkun hemm differenti?

F’ħafna pajjiżi, iktar u iktar nies qed jiksbu informazzjoni onlajn u jħossuhom komdi jagħmlu dan. Billi sempliċement jikklikkjaw, jistgħu jkollhom aċċess għal sorsi taʼ informazzjoni disponibbli biss fuq l-​Internet. Ħafna kotba, rivisti, u gazzetti jistgħu jinqraw onlajn.

Peress li ħafna nies iħobbu jaqraw onlajn, dan l-​aħħar biddilna kompletament id-​dehra tal-​Websajt tagħna www.jw.org billi għamilnieha iktar interessanti u faċli biex tintuża. Kull min iżur is-​sit jistaʼ jaqra pubblikazzjonijiet f’iktar minn 430 lingwa. Madankollu, minn dan ix-​xahar ’il quddiem, dawk li jżuru l-​Websajt tagħna jistgħu jaqraw ukoll artikli magħżulin li kienu jidhru regolarment fir-​rivisti stampati tagħna imma li issa se jidhru biss fuq il-​Websajt tagħna.a

Ladarba se nippubblikaw iktar artikli onlajn biss, l-​edizzjoni għall-​pubbliku taʼ It-​Torri tal-​Għassa se tonqos minn 32 paġna għal 16-​il paġna, b’effett minn din il-​ħarġa. It-​Torri tal-​Għassa diġà jiġi pubblikat f’204 lingwi. Minħabba li din ir-​rivista se tkun b’inqas paġni, issa jistaʼ jkun possibbli li tiġi tradotta saħansitra b’iktar lingwi.

Hija t-​tama tagħna li dan it-​tibdil jagħmilha possibbli li nilħqu iktar nies bil-​messaġġ tal-​Bibbja li jsalva l-​ħajjiet. Aħna determinati li nkomplu nipprovdu abbundanza taʼ informazzjoni interessanti u istruttiva—kemm stampata kif ukoll onlajn—li hi taʼ benefiċċju għal ħafna mill-​qarrejja tagħna li jirrispettaw il-​Bibbja u li jridu jsiru jafu x’tgħallem verament.

Il-​Pubblikaturi

a Fost l-​artikli li se jidhru biss onlajn hemm: “Għaż-​Żgħażagħ,” li jkun fihom proġetti taʼ studju tal-​Bibbja mmirati għaż-​żgħażagħ, u “Nitgħallem mill-​Bibbja,” serje disinjata biex jużawha l-​ġenituri maʼ tfal minn tliet snin ’l isfel.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja