LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 1/1 pp. 4-8
  • Għandek Tibżaʼ mit-Tmiem tad-Dinja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għandek Tibżaʼ mit-Tmiem tad-Dinja?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Erbaʼ Mistoqsijiet Dwar it-Tmiem Imweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Qatt xi darba se tinqered id-dinja?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Meta Se Jiġi l-Aħħar tad-Dinja? Ġesù X’Qal?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
  • Se Tispiċċa Din id-Dinja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 1/1 pp. 4-8

SUĠĠETT PRINĊIPALI: GĦANDEK TIBŻAʼ MIT-​TMIEM TAD-​DINJA?

It-​Tmiem tad-​Dinja Biżaʼ, Interess, u Frustrazzjoni

X’taħseb dwar il-​21 taʼ Diċembru, 2012, id-​data fil-​kalendarju tal-​Maja li ħafna kienu qed jgħidu li se ġġib bidla mad-​dinja kollha? Jiddependi minn dak li kont qed tistenna, għandek mnejn ħassejtek moħħok mistrieħ, diżappuntat, jew indifferenti. Kienet din sempliċement tbassira żbaljata oħra tat-​tmiem tad-​dinja?

Xi ngħidu dwar “tmiem id-​dinja” deskritt fil-​Bibbja? (Mattew 24:3, Għaqda Biblika Maltija) Xi wħud jibżgħu li d-​dinja se tinħaraq u tinqered. Oħrajn huma interessati biex jaraw x’se jiġri fit-​tmiem tad-​dinja. Jerġaʼ oħrajn sempliċement xebgħu jisimgħu li t-​tmiem hu qrib. Imma dawn ir-​reazzjonijiet huma bbażati fuq il-​ħrejjef jew fuq il-​fatti?

Għandek mnejn tibqaʼ sorpriż meta ssir taf dak li tgħid verament il-​Bibbja dwar it-​tmiem tad-​dinja. Il-​Bibbja mhux biss tagħti raġunijiet biex tħares ’il quddiem lejn it-​tmiem imma tirrikonoxxi wkoll il-​frustrazzjoni li jistaʼ jkun hemm jekk it-​tmiem donnu jittardja. Nistidnuk tikkunsidra t-​tweġibiet tal-​Bibbja għal xi mistoqsijiet komuni dwar it-​tmiem tad-​dinja.

Id-​dinja se tinħaraq u tinqered?

IT-​TWEĠIBA TAL-​BIBBJA: ‘Alla sejjes l-​art fuq il-​postijiet stabbiliti tagħha; din qatt u qatt ma se titħarrek.’—SALM 104:5.

L-​art mhux se tinqered, la bin-​nar u lanqas b’xi ħaġa oħra. Minflok, il-​Bibbja tgħallem li din il-​pjaneta hi d-​dar tal-​umanità għal dejjem. Salm 37:29 jgħid: “Il-​ġusti se jirtu l-​art, u jgħammru fiha għal dejjem.”—Salm 115:16; Isaija 45:18.

Wara li Alla ħalaq l-​art, hu qal li ‘kienet tajba ħafna,’ u hekk għadu jħossu. (Ġenesi 1:31) Mhux talli ma ppjanax li jeqridha, imma talli jwiegħed li ‘jeqred lil dawk li qed jeqirdu l-​art’ u li jipproteġiha minn ħsara permanenti.—Rivelazzjoni 11:18.

Però, għandek mnejn taħseb dwar it-​2 Pietru 3:7. Dan il-​vers tal-​Bibbja jgħid: “Is-​smewwiet u l-​art t’issa huma merfugħin għan-​nar.” Ma jurix dan li l-​art se tinħaraq u tinqered? Attwalment, il-​Bibbja xi kultant tuża t-​termini “smewwiet,” “art,” u “nar” b’mod figurattiv, bħala simboli. Pereżempju, meta Ġenesi 11:1 jgħid: “L-​art kollha kellha lingwa waħda,” il-​kelma “art” tirreferi għas-​soċjetà umana.

Il-​kuntest tat-​2 Pietru 3:7 juri li s-​smewwiet, l-​art, u n-​nar imsemmijin hemmhekk huma wkoll simboliċi. Versi 5 u 6 jxebbhuhom mad-​Dilluvju taʼ żmien Noè. Dakinhar, id-​dinja tal-​qedem ġiet meqruda, u madankollu l-​pjaneta tagħna ma spiċċatx. Għalhekk, “l-​art” li l-​Bibbja tgħid li nqerdet fid-​Dilluvju tirreferi għan-​nies vjolenti u mill-​agħar li għexu dak iż-​żmien, u “s-​smewwiet” li nqerdu kienu l-​ħakkiema taʼ dawk in-​nies. (Ġenesi 6:11) Bl-​istess mod, it-​2 Pietru 3:7 jbassar qerda permanenti, bħallikieku bin-​nar, tan-​nies mill-​agħar u l-​gvernijiet korrotti tagħhom.

X’se jiġri fit-​tmiem tad-​dinja?

IT-​TWEĠIBA TAL-​BIBBJA: “Id-​dinja tgħaddi u x-​xewqa tagħha wkoll, imma min jagħmel ir-​rieda t’Alla jibqaʼ għal dejjem.”—1 ĠWANNI 2:17.

“Id-​dinja” li se tgħaddi mhijiex il-​pjaneta art imma n-​nies kollha tad-​dinja li ħajjithom mhijiex fi qbil mar-​rieda t’Alla. Sewwasew bħalma kirurgu jistaʼ jneħħi tumur biex isalva l-​ħajja taʼ pazjent, Alla se ‘jqaċċat ’il barra’ lin-​nies mill-​agħar sabiex in-​nies sewwa jkunu jistgħu jgawdu verament il-​ħajja fuq l-​art. (Salm 37:9) F’dan is-​sens, “tmiem id-​dinja” hu xi ħaġa tajba.

Ħarsa pożittiva bħal din taʼ “tmiem id-​dinja” tidher minn kif xi traduzzjonijiet tal-​Bibbja jittraduċu din l-​espressjoni. Din jagħtuha bħala “l-​konklużjoni tas-​sistema” jew “it-​tmiem taʼ era.” (Mattew 24:3; New International Version) Ladarba kemm il-​bnedmin u kemm id-​dinja jibqgħu jeżistu wara t-​tmiem, ma jkunx raġunevoli li wara dan se jkun hemm era ġdida, jew sistema ġdida? It-​tweġiba tal-​Bibbja hija iva, għax titkellem dwar “is-​sistema li ġejja.”—Luqa 18:30.

Ġesù sejjaħ dak il-​perijodu fil-​futur “it-​tiġdid taʼ kollox.” F’dak iż-​żmien, hu se jġedded lill-​umanità għall-​kundizzjonijiet li Alla ried oriġinarjament. (Mattew 19:28) Imbagħad aħna se ngawdu

  • Art magħmula ġenna b’sigurtà u prosperità għal kulħadd.—Isaija 35:1; Mikea 4:4.

  • Xogħol sinifikanti u sodisfaċenti.—Isaija 65:21-​23.

  • Fejqan mill-​mard kollu.—Isaija 33:24.

  • Ħelsien mill-​effetti tax-​xjuħija.—Ġob 33:25.

  • L-​irxoxt tal-​mejtin.—Ġwanni 5:28, 29.

Jekk ‘nagħmlu r-​rieda t’Alla,’ dak li hu jitlob minna, m’għandniex għalfejn nibżgħu mit-​tmiem tad-​dinja. Minflok, nistgħu nħarsu ’l quddiem għalih.

It-​tmiem tad-​dinja huwa verament qrib?

IT-​TWEĠIBA TAL-​BIBBJA: “Meta taraw dawn l-​affarijiet iseħħu, kunu afu li s-​saltna t’Alla tkun qrib.” —LUQA 21:31.

Fil-​ktieb The Last Days Are Here Again, il-​Professur Richard Kyle jikteb li “bidla f’daqqa u kaos soċjali joħolqu atmosfera li twassal għal tbassir tat-​tmiem tad-​dinja.” Dan speċjalment hu l-​każ meta l-​bidla u l-​kaos ikunu diffiċli biex tispjegahom.

Madankollu, il-​profeti ma ddeċidewx li jiktbu dwar it-​tmiem biex jispjegaw għala kienu qed jiġru affarijiet ħżiena madwarhom. Minflok, huma kienu ispirati minn Alla biex jiddeskrivu l-​kundizzjonijiet li kienu se jindikaw it-​tmiem imminenti tad-​dinja. Ikkunsidra ftit minn dawn il-​profeziji u ddeċiedi għalik innifsek jekk humiex qed jitwettqu fi żmienna.

  • Gwerer, ġuħ, terremoti, u epidemiji taʼ mard li joqtol.—Mattew 24:7; Luqa 21:11.

  • Żieda sinifikanti fil-​kriminalità.—Mattew 24:12.

  • Il-​qerda tal-​art mill-​bnedmin.—Rivelazzjoni 11:18.

  • Nies li jħobbu lilhom infushom, il-​flus, u l-​pjaċiri imma ma jħobbux lil Alla.—2 Timotju 3:2, 4.

  • It-​tkissir tal-​familji.—2 Timotju 3:2, 3.

  • Apatija inġenerali lejn l-​evidenza li riesaq it-​tmiem.—Mattew 24:37-​39.

  • L-​ippritkar tal-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla mad-​dinja kollha.—Mattew 24:14.

Bħalma qal Ġesù, meta ‘naraw dan kollu’ nkunu nafu li t-​tmiem tad-​dinja hu fil-​qrib. (Mattew 24:33) Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jemmnu li l-​evidenza hi konvinċenti, u jaqsmu dak li jemmnu m’oħrajn billi jippritkaw f’236 pajjiż.

Stennijiet żbaljati dwar it-​tmiem ifissru li dan qatt mhu se jiġi?

IT-​TWEĠIBA TAL-​BIBBJA: “Meta jkunu qed jgħidu: ‘Paċi u sigurtà!’ imbagħad tiġi fuqhom minnufih qerda f’daqqa bħall-​weġgħa tal-​ħlas fuq mara tqila; u żgur ma jeħilsuhiex.”—1 TESSALONIKIN 5:3.

Il-​Bibbja xxebbah il-​qerda tad-​dinja mal-​bidu tal-​uġigħ tal-​ħlas—l-​uġigħ tal-​omm hu inevitabbli u jiġi f’daqqa. Iż-​żmien li jwassal għat-​tmiem ukoll hu mxebbah maʼ tqala, għax l-​omm li tkun waslet biex tiled tkun konxja tas-​sinjali li dejjem jiżdiedu tat-​twelid. It-​tabib tagħha jistaʼ jgħidilha bejn wieħed u ieħor meta se tiled; madankollu, anki jekk tieħu iktar żmien biex tiled, hi xorta se tkun ċerta li t-​tarbija tagħha dalwaqt titwieled. B’mod simili, kwalunkwe stennijiet żbaljati dwar it-​tmiem ma jbiddlux l-​aspetti ovvji li jidentifikaw dawn “l-​aħħar jiem.”—2 Timotju 3:1.

‘Għandek mnejn tistaqsi, ‘Jekk is-​sinjal li qegħdin fit-​tmiem hu tant ovvju, għala ħafna nies jonqsu li jirrikonoxxuh?’ Il-​Bibbja turi li meta t-​tmiem ikun qrib, ħafna se jċekknu l-​evidenza. Minflok ma jirrikonoxxu l-​bidliet fundamentali matul l-​aħħar jiem, huma jwaqqgħu għaċ-​ċajt u jgħidu: “Minn dakinhar li missirijietna raqdu fil-​mewt, kollox għadu għaddej eżatt bħalma kien sa mill-​bidu tal-​ħolqien.” (2 Pietru 3:3, 4) Fi kliem ieħor, is-​sinjal tal-​aħħar jiem hu ċar daqs il-​kristall, imma ħafna jinjorawh.—Mattew 24:38, 39.

Dan l-​artiklu kkunsidra biss ftit mill-​evidenza Skritturali li t-​tmiem hu qrib.a Tixtieq tkun taf iktar? Jekk iva, għala ma tikkuntattjax lix-​Xhieda taʼ Ġeħova biex taċċetta l-​offerta tagħhom taʼ studju tal-​Bibbja b’xejn? Sessjonijiet taʼ studju jistgħu jinżammu fid-​dar tiegħek, f’post ieħor konvenjenti għalik, jew saħansitra bit-​telefown. L-​unika ħaġa li għandek bżonn tagħti hu ftit mill-​ħin tiegħek, u l-​benefiċċji li jistgħu jinkisbu m’hemmx prezzhom.

a Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 9, “Qegħdin aħna ngħixu fl-​‘Aħħar Jiem’?,” tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

IX-​XHIEDA TAʼ ĠEĦOVA TAW DATI ŻBALJATI TAT-​TMIEM?

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova kellhom stennijiet żbaljati dwar meta kellu jiġi t-​tmiem. Bħad-​dixxipli taʼ Ġesù tal-​ewwel seklu, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova ġieli emmnu li xi profeziji kienu se jitwettqu f’ċertu żmien imma kien għadu mhux iż-​żmien stabbilit t’Alla. (Luqa 19:11; Atti 1:6; 2 Tessalonikin 2:1, 2) Aħna nħossuna bħalma ħassu A. H. Macmillan, li kien ilu Xhud għal bosta snin. Hu qal: “Tgħallimt li għandna nammettu l-​iżbalji tagħna u nkomplu nfittxu fil-​Kelma t’Alla għal iktar fehma.”

Allura għala nkomplu nippritkaw li t-​tmiem hu viċin? Għax nieħdu bis-​serjetà l-​kliem taʼ Ġesù: “Ibqgħu għassu, ibqgħu mqajmin.” Jekk ma nagħmlux hekk, Ġesù jsibna “reqdin,” jiġifieri ma nkunux qed nippritkaw dwar it-​tmiem, u dan se jżommna milli niksbu l-​approvazzjoni tiegħu. (Marku 13:33, 36) Għala?

Ikkunsidra dan l-​eżempju: Għassies għandu mnejn jaħseb li jara daħna u jdoqq l-​allarm tan-​nar imma jirriżulta li ma kien hemm ebda periklu. Però, iktar tard il-​fatt li jkun attent jistaʼ jsalva l-​ħajjiet.

Bl-​istess mod, aħna kellna xi stennijiet żbaljati dwar it-​tmiem. Imma aħna iktar konċernati li nobdu lil Ġesù u nsalvaw il-​ħajjiet milli nevitaw il-​kritika. Il-​kmand taʼ Ġesù biex “nagħtu xiehda bir-​reqqa” jobbligana nwissu lil oħrajn dwar it-​tmiem.—Atti 10:42.

Aħna nemmnu li hu saħansitra iktar importanti li nkunu fiduċjużi li t-​tmiem żgur se jiġi milli niffokaw fuq meta ġej, u jeħtieġ li naġixxu fi qbil maʼ dan. Aħna nieħdu bis-​serjetà l-​kliem taʼ Ħabakkuk 2:3, li jgħid: ‘Saħansitra jekk [it-​tmiem] idum [imqabbel maʼ dak li tkun ħsibt], int ibqaʼ stennieh; għax se jseħħ żgur. Mhux se jkun tard.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja