LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Rivelazzjoni 11
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

Punti minn Rivelazzjoni

      • Iż-żewġ xhieda (1-13)

        • Jipprofetizzaw għal 1,260 ġurnata lebsin ħwejjeġ tal-ixkora (3)

        • Maqtulin u mhux se jindifnu (7-10)

        • Jingħataw il-ħajja wara tlett ijiem u nofs (11, 12)

      • It-tieni gwaj għadda imma ġej it-tielet (14)

      • Is-sebaʼ trumbetta (15-19)

        • Is-Saltna t’Alla u tal-Kristu (15)

        • Se jinqerdu dawk li qed jeqirdu l-art (18)

Rivelazzjoni 11:1

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “bastun li tkejjel bih.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    11/15/2014, p. 30

Rivelazzjoni 11:2

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    11/15/2014, p. 30

Rivelazzjoni 11:3

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Fuljett għal-Laqgħa Ħajja u l-Ministeru,

    12/2019, p. 3

    It-Torri tal-Għassa,

    11/15/2014, p. 30

    Il-Profezija taʼ Danjel, pp. 295-296

Rivelazzjoni 11:4

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    11/15/2014, p. 30

Rivelazzjoni 11:5

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    11/15/2014, p. 30

    6/1/1997, p. 10

Rivelazzjoni 11:6

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    11/15/2014, p. 30

    6/1/1997, p. 10

Rivelazzjoni 11:7

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa (Studju),

    5/2020, p. 6

    Fuljett għal-Laqgħa Ħajja u l-Ministeru,

    12/2019, p. 3

    It-Torri tal-Għassa,

    11/15/2014, p. 30

Rivelazzjoni 11:9

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “ilsna.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Fuljett għal-Laqgħa Ħajja u l-Ministeru,

    12/2019, p. 3

    It-Torri tal-Għassa,

    11/15/2014, p. 30

Rivelazzjoni 11:10

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    11/15/2014, p. 30

Rivelazzjoni 11:11

Noti taʼ Taħt

  • *

    Jew “l-ispirtu tal-ħajja.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Fuljett għal-Laqgħa Ħajja u l-Ministeru,

    12/2019, p. 3

    It-Torri tal-Għassa,

    11/15/2014, p. 30

Rivelazzjoni 11:15

Noti taʼ Taħt

  • *

    Aktarx “hu” jirreferi għal Alla.

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Qim lil Alla, pp. 93-94

    It-Torri tal-Għassa (1991),

    1/15/1991,

    4/15/1990, pp. 15-16

Rivelazzjoni 11:17

Noti taʼ Taħt

  • *

    Ara App. A5.

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa (1993),

    8/1/1993, p. 16

Rivelazzjoni 11:18

Noti taʼ Taħt

  • *

    Letteralment “jibżgħu minn.”

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    9/1/2014, pp. 3-4, 6

    7/1/2011, p. 8

    6/1/1993, pp. 5-6

    7/1/1991, p. 6

    10/1/1990, pp. 3-4, 5-6

    Għarfien, p. 105

    Tgħix Għal Dejjem, p. 137

Traduzzjonijiet tal-Istess Silta

Ikklikkja fuq numru taʼ vers biex tara l-istess vers f'Bibbji oħra.
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Aqra f'din l-edizzjoni Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida (bi12)
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • 15
  • 16
  • 17
  • 18
  • 19
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Rivelazzjoni 11:1-19

Ir-Rivelazzjoni li Rċieva Ġwanni (L-Apokalissi)

11 Jien ingħatajt qasba qisha bastun* waqt li ntqalli: “Mur kejjel is-santwarju tat-tempju t’Alla u l-artal, u għodd lil dawk li qed iqimu fih. 2 Imma tkejjilx il-bitħa taʼ barra tas-santwarju tat-tempju, għax din ingħatat lill-popli u huma se jgħaffġu taħt saqajhom il-belt qaddisa għal 42 xahar. 3 Jien se nibgħat liż-żewġ xhieda tiegħi lebsin ħwejjeġ tal-ixkora biex jipprofetizzaw għal 1,260 ġurnata.” 4 Dawn huma rrappreżentati miż-żewġ siġriet taż-żebbuġ u ż-żewġ gandlieri. Huma qegħdin weqfin quddiem is-Sid tal-art.

5 Jekk xi ħadd ikun irid iweġġagħhom, joħroġ nar minn ħalqhom u jaħraq lill-għedewwa tagħhom. Jekk xi ħadd ikun irid iweġġagħhom, hekk se jinqatel. 6 Dawn għandhom l-awtorità li jagħlqu s-sema ħalli ma tagħmilx xita meta jkunu qed jipprofetizzaw, u għandhom l-awtorità li jbiddlu l-ilma f’demm u li jikkastigaw l-art b’kull mod u kemm iridu.

7 Meta jkunu lesti mill-ipprofetizzar, il-bhima salvaġġa li titlaʼ mill-abbiss se tiġġieled fi gwerra magħhom, tirbħilhom, u toqtolhom. 8 L-iġsma mejtin tagħhom se jkunu fit-triq il-prinċipali tal-belt il-kbira, li b’mod figurattiv tissejjaħ Sodoma u Eġittu, fejn ġie maqtul ukoll il-Mulej tagħhom fuq zokk. 9 U xi nies mill-popli, tribujiet, lingwi,* u ġnus se jħarsu lejn l-iġsma mejtin tagħhom għal tlett ijiem u nofs, u mhux se jħalluhom jindifnu. 10 Dawk li jgħixu fuq l-art se jifirħu u jiċċelebraw minħabba li mietu, u se jibagħtu rigali lil xulxin, għax dawn iż-żewġ profeti kienu jitturmentawhom bil-messaġġ tagħhom.

11 Wara t-tlett ijiem u nofs, Alla tahom il-ħajja* u qamu bilwieqfa. Dawk li rawhom tgħidx kemm beżgħu. 12 Iż-żewġ xhieda semgħu leħen għoli mis-sema jgħidilhom: “Itilgħu hawn.” U huma telgħu s-sema fi sħaba, u l-għedewwa tagħhom rawhom. 13 Dak il-ħin għamel terremot kbir, u għaxra fil-100 tal-belt waqgħet. Mietu 7,000 persuna bit-terremot, u l-kumplament bdew jibżgħu u gglorifikaw lill-Alla tas-sema.

14 It-tieni gwaj għadda. It-tielet gwaj ġej malajr.

15 Is-sebaʼ anġlu daqq it-trumbetta tiegħu. U nstemgħu ilħna għoljin mis-sema jgħidu: “Is-Saltna t’Alla u tal-wieħed li għażel biex ikun il-Kristu qed tmexxi fuq il-bnedmin, u hu* se jmexxi bħala re għal dejjem taʼ dejjem.”

16 U l-24 anzjan li kienu bilqiegħda fuq it-tron tagħhom quddiem Alla niżlu għarkopptejhom u qiemu lil Alla, 17 u qalu: “Nirringrazzjawk, Alla Ġeħova,* Dak li Jistaʼ Kollox, il-wieħed li jeżisti u li eżista, għax int użajt il-qawwa kbira tiegħek u bdejt tmexxi bħala re. 18 Imma l-popli tgħidx kemm irrabjaw, u int urejt kemm kont irrabjat magħhom, u wasal iż-żmien li int għażilt biex jiġu ġġudikati l-mejtin, biex tippremja lill-ilsiera tiegħek il-profeti, lill-qaddisin, u lil dawk li jirrispettaw ħafna lil* ismek, kemm il-kbar u kemm iż-żgħar, u biex teqred lil dawk li qed jeqirdu l-art.”

19 U nfetaħ is-santwarju tat-tempju t’Alla fis-sema, u fih rajt l-arka tal-patt. U kien hemm sajjetti, ilħna, ragħad, terremot, u silġ kbir.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja