LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w11 7/1 p. 8
  • Il-5 Profezija. Il-Qerda tal-Art

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-5 Profezija. Il-Qerda tal-Art
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Materjal Simili
  • Isalva lill-Art Minn Rovina
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Il-Bniedem X’Qed Jagħmel lill-Art?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Mikro-organiżmi li jġibu ż-żejt fix-xejn
    Stenbaħ!—2015
  • Diżastru fil-Baħar—Traġedja fuq l-Art
    Stenbaħ!—2003
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
w11 7/1 p. 8

Il-5 Profezija. Il-​Qerda tal-​Art

‘[Alla se] jeqred lil dawk li qed jeqirdu l-​art.’—RIVELAZZJONI 11:18.

● Is-​Sinjur Pirri xogħlu hu li jiġbor il-​meraq tal-​palm fi Kpor, in-​Niġerja. Is-​sengħa tiegħu ġiet imħarbta mit-​tixrid taʼ żejt kbir ħafna fid-​Delta tan-​Niġer. “Joqtol lill-​ħut tagħna, jagħmel il-​ħsara lill-​ġilda tagħna, iħassar lix-​xmajjar tagħna,” jgħid hu. “M’għadx fadalli mod kif naqlaʼ l-​għajxien.”

X’JURU L-​FATTI? Skont xi esperti, 6.5 miljuni tunnellata skart jidħol fl-​oċeani tad-​dinja kull sena. Madwar 50 fil-​mija minn dan l-​iskart hu plastik li se jitmexxa mill-​kurrent għal mijiet taʼ snin qabel ma jitfarrak. Minbarra li jniġġsu l-​art, il-​bnedmin qed ibattluha mir-​riżorsi naturali tagħha b’rata allarmanti. Xi studji juru li l-​art għandha bżonn sena u ħames xhur biex tirrestawra dak li l-​bnedmin jużaw f’sena. “Jekk ma jkunx hemm bidla fil-​popolazzjoni u l-​konsum, se jkollna bżonn l-​ekwivalenti taʼ żewġ Dinjiet sal-​2035,” tgħid il-​gazzetta Awstraljana Sydney Morning Herald.

X’INHI OĠĠEZZJONI KOMUNI? Il-​bnedmin huma intelliġenti u kapaċi jsibu soluzzjonijiet tajbin għall-​problemi. Nistgħu rreġġgħu lura dawn il-​problemi u nsalvaw id-​dinja.

HIJA VALIDA DIN L-​OĠĠEZZJONI? Ħafna individwi u gruppi li jaħdmu iebes qed jagħmlu lin-​nies iktar konxji taʼ kwistjonijiet ambjentali. Madankollu, l-​art għadha titniġġes fuq skala kbira.

INT X’TAĦSEB? Hemm bżonn li Alla jintervieni u jsalva l-​pjaneta tagħna milli tinqered—sewwasew bħalma wiegħed li se jagħmel?

Minbarra l-​ħames profeziji li għadna kif ikkunsidrajna, il-​Bibbja bassret ukoll żviluppi pożittivi għall-​aħħar jiem. Ikkunsidra eżempju wieħed fis-​sitt profezija.

[Kumment f’paġna 8]

“Inħoss li fejn qabel kelli ġenna tal-​art issa għandi miżbla taʼ skart tossiku.”​—ERIN TAMBER, RESIDENTA TAL-​KOSTA TAL-​GOLF, L-​ISTATI UNITI, RIGWARD L-​EFFETTI TAT-​TIXRID TAŻ-​ŻEJT FIL-​GOLF TAL-​MESSIKU FL-​2010.

[Kaxxa f’paġna 8]

Huwa Alla Responsabbli?

Ladarba l-​Bibbja bassret il-​kundizzjonijiet ħżiena li naraw illum, ifisser dan li Alla hu responsabbli għalihom? Jikkaġuna hu t-​tbatija tagħna? Tistaʼ ssib tweġibiet sodisfaċenti għal dawn il-​mistoqsijiet f’kapitlu 11 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

[Sors tal-Istampa f’paġna 8]

U.S. Coast Guard photo

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja