LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp21 Nru. 2 pp. 7-9
  • Meta Se Jiġi l-Aħħar tad-Dinja? Ġesù X’Qal?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta Se Jiġi l-Aħħar tad-Dinja? Ġesù X’Qal?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ARA X’QAL ĠESÙ DWAR L-​AĦĦAR TAD-​DINJA:
  • X’SE JIĠRI?
  • “L-​AĦĦAR JIEM”
  • DALWAQT L-​ART TKUN ĠENNA!
  • Erbaʼ Mistoqsijiet Dwar it-Tmiem Imweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Qegħdin Aħna Ngħixu fl-​“Aħħar Jiem”?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • L-Iskop t’Alla Dalwaqt Se Jiġi Rrealizzat
    X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja? Kif Tista’ Ssibu?
  • Id-dinja dalwaqt se tispiċċa?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
wp21 Nru. 2 pp. 7-9
Ġesù jispjega lill-appostli x’se jiġri fl-aħħar jiem.

Meta Se Jiġi l-​Aħħar tad-​Dinja? Ġesù X’Qal?

Kif rajna fl-​artiklu taʼ qabel, meta l-​Bibbja titkellem dwar l-​aħħar tad-​dinja, mhux qed tgħid li se tispiċċa d-​dinja jew in-​nies. Minflok, dan ifisser it-​tmiem tal-​affarijiet ħżiena li qed jiġru u n-​nies kollha li qed jagħmluhom. Imma tgħid il-​Bibbja meta se jispiċċaw dawn l-​affarijiet ħżiena?

ARA X’QAL ĠESÙ DWAR L-​AĦĦAR TAD-​DINJA:

“Għalhekk, ibqgħu għassa għax la tafu l-​jum u lanqas is-​siegħa.” —MATTEW 25:13.

“Ibqgħu għassu, ibqgħu mqajmin, għax ma tafux meta hu ż-​żmien stabbilit.”—MARKU 13:33.

Allura ħadd ma jaf eżatt meta dawn l-​affarijiet ħżiena se jispiċċaw. Imma Alla jaf eżatt meta. Hu għażel “il-​jum u s-​siegħa” meta se jispiċċa l-​ħażen. (Mattew 24:36) Allura, ifisser dan li ma nistgħux inkunu nafu meta ġej it-​tmiem? Lanqas xejn. Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu li se jiġru xi affarijiet li juru li daqt ġej it-​tmiem.

X’SE JIĠRI?

Dawn l-​affarijiet li qal Ġesù kellhom juru li waslet “il-​konklużjoni tas-​sistema.” Ġesù qal: “Ġens iqum kontra ġens u saltna kontra saltna, u jkun hemm nuqqas taʼ ikel u terremoti f’post wara l-​ieħor.” (Mattew 24:3, 7) Hu qal ukoll li se jkun hemm “mard li jittieħed,” jiġifieri epidemiji. (Luqa 21:11) Int qed tarahom dawn l-​affarijiet jiġru?

Illum in-​nies ibatu minħabba gwerer, ġuħ, terremoti, u mard. Pereżempju fl-​2004, sar tsunami minħabba terremot kbir fl-​Oċean Indjan. Dan qatel madwar 225,000 persuna. Fi tliet snin, il-​pandemija tal-​COVID-​19 qatlet madwar 6.9 miljun persuna. Ġesù qal li dawn l-​affarijiet juru li t-​tmiem taʼ din is-​sistema ħażina dalwaqt jasal.

“L-​AĦĦAR JIEM”

Il-​Bibbja tiddeskrivi ż-​żmien taʼ qabel it-​tmiem bħala “l-​aħħar jiem.” (2 Pietru 3:3, 4) It-​2 Timotju 3:1-​5 juri li fl-​aħħar jiem in-​nies mhux se jkollhom kwalitajiet tajbin. (Ara l-​kaxxa “Eżatt Qabel l-​Aħħar tad-​Dinja.”) Tara nies li huma egoisti, qatt mhuma kuntenti, vjolenti, u ma jurux imħabba? Dan ukoll jurina li qed ngħixu qrib ħafna tal-​aħħar tad-​dinja.

Kemm se jdumu l-​aħħar jiem? Il-​Bibbja tgħidilna li se jkun “żmien qasir.” Imbagħad Alla se jeqred “lil dawk li qed jeqirdu l-​art.”—Rivelazzjoni 11:15-​18; 12:12.

Gwerer

Suldati jisparaw fi gwerra.
  • Bejn l-​2007 u l-​2017, in-​nies li mietu minħabba l-​ġlied u t-​terroriżmu żdiedu b’iżjed mid-​doppju

Mard

Raġel marid l-isptar.
  • L-​iżjed mard li joqtol nies hu l-​mard tal-​qalb, puplesija (stroke), il-​mard fil-​pulmun, il-​mard fit-​trabi tat-​twelid, il-​mard fl-​istonku, il-​kanċer, u t-​tuberkulosi

Ġuħ

Tifla bil-ġuħ qed iżomm platt.
  • Fl-​2021, 9.8 fil-mija mill-popolazzjoni tad-dinja ma kellhomx ikel u kważi wieħed minn kull tlett itfal taħt il-ħames snin ma kellhomx biżżejjed x’jieklu

L-​Ippritkar mad-​Dinja Kollha

Xhieda taʼ Ġeħova qed jitkellmu maʼ żagħżugħ ħdejn trolleys bil-letteratura.
  • Iżjed minn 8.6 miljun Xhud taʼ Ġeħova qed jippritkaw f’240 pajjiż u joffru pubblikazzjonijiet mill-​Bibbja f’iżjed minn 1,000 lingwa

DALWAQT L-​ART TKUN ĠENNA!

Alla diġà għażel meta se jneħħi din is-​sistema ħażina. (Mattew 24:36) Imma hemm iżjed affarijiet sbieħ. Alla “ma jixtieqx li xi ħadd jinqered.” (2 Pietru 3:9) Hu qed jagħtina ċ-​ċans biex insiru nafu dak li se jagħmel u nobduh. Għala? Għax hu jridna nsalvaw mill-​aħħar tad-​dinja u ngħixu fid-​dinja l-​ġdida, meta l-​art se tkun ġenna.

Alla qed jagħmel dak kollu li jistaʼ biex in-​nies kollha jsiru jafu kif jidħlu fid-​dinja l-​ġdida taħt is-​Saltna tiegħu. Ġesù qal li l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla se “tiġi pridkata fl-​art abitata kollha.” (Mattew 24:14) Mad-dinja kollha, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova qattgħu biljuni ta’ sigħat jippritkaw biex juru lin-​nies it-​tama sabiħa fil-​Bibbja. Ġesù qal li qabel jiġi t-​tmiem, dan l-​ippritkar se jsir mad-​dinja kollha.

Daqt wasal iż-​żmien fejn in-​nies mhux se jmexxu iżjed. Imma inti tistaʼ ssalva mill-​aħħar tad-​dinja u tkun parti mill-​Ġenna tal-​art li wegħedna Alla. L-​artiklu li jmiss se juri kif int tistaʼ tgħix fid-​dinja l-​ġdida.

EŻATT QABEL L-​AĦĦAR TAD-​DINJA

“Fl-​aħħar jiem ikun hawn żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom. Għax in-​nies ikunu jħobbu lilhom infushom, iħobbu l-​flus, minfuħin bihom infushom, suppervi, midgħija, diżubbidjenti lejn il-​ġenituri, ingrati, żleali, mingħajr imħabba naturali, ma jkunux iridu jiftiehmu, kalunnjaturi, mingħajr rażna, feroċi, mingħajr imħabba għat-​tajjeb, tradituri, rashom iebsa, imkabbrin, iħobbu l-​pjaċiri minflok ma jħobbu lil Alla, ikollhom għamla taʼ devozzjoni lejn Alla imma ma jurux bil-​fatti l-​qawwa tagħha.” —2 TIMOTJU 3:1-​5.

Il-​profezija taʼ Ġesù dwar “l-aħħar jiem” ittina tama

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja