LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 7/1 p. 7
  • Se Tafdah lil Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Se Tafdah lil Alla?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Xi Nies Għala Jgħidu li Alla Hu Kattiv?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Alla Jistiednek Biex Issir il-Ħabib Tiegħu
    Int Tistaʼ Tkun il-Ħabib t’Alla!
  • Min hu Alla?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Int x’taħseb?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2018
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 7/1 p. 7

Se Tafdah lil Alla?

IMMAĠINA li għandek ħabib li tammira ħafna, imma jagħmel xi ħaġa li ma tistax tifhimha. Oħrajn jikkritikaw il-​mod kif aġixxa, jiddubitaw mill-​motivi tiegħu, u jgħidu li l-​ħabib tiegħek kattiv. Kieku tkun ħafif biex taqbel magħhom, jew tistenna biex tismaʼ ż-​żewġ qniepen? Jekk ma jkunx hemmhekk biex jispjega ruħu, tkun paċenzjuż u żżomm lura milli tiġġudikah mill-​ewwel?

Qabel ma twieġeb, forsi tkun trid iktar informazzjoni. Għandek mnejn tistaqsi, ‘Kemm verament nafu lil dan il-​ħabib, u għala nammirah?’ Dawn huma mistoqsijiet tajbin. Imma kkunsidra dan: Ma nistgħux aħna napplikaw l-​istess prinċipji meta nikkunsidraw jekk Alla hux kattiv?

Jistaʼ jkun li ssibha bi tqila biex tifhem għala Alla għamel ċerti affarijiet, jew forsi titħawwad minħabba xi affarijiet li ppermetta. Hemm bosta nies li se jgħidulek li Alla hu kattiv u li se jħeġġuk tiddubita mill-​motivi tiegħu bħalma għamlu huma. Se żżomm lura milli tiġġudikah sakemm tikseb iktar informazzjoni? It-​tweġiba forsi tiddependi minn kemm tafu sew lil Alla. Staqsi lilek innifsek, ‘Alla x’tip taʼ ħabib kien għalija?’

Jekk kellek ħajja diffiċli forsi titħajjar tgħid li Alla ma tantx kien ħabib għalik. Imma aħseb ftit. Kien Alla responsabbli għall-​inkwiet f’ħajtek—jew għall-​barkiet? Kif rajna, Satana hu “l-​ħakkiem taʼ din id-​dinja,” mhux Ġeħova. (Ġwanni 12:31) B’hekk, Satana hu l-​wieħed li kkaġuna l-​biċċa l-​kbira mill-​moħqrija u l-​inġustizzja taʼ din id-​dinja. U ma taqbilx int li l-​imperfezzjonijiet tagħna stess u ċ-​ċirkustanzi li m’għandniex kontroll fuqhom jistgħu jikkaġunaw ħafna mill-​problemi tagħna?

Kien Alla responsabbli għall-​inkwiet f’ħajtek—jew għall-​barkiet?

Min-​naħa l-​oħra, Alla għal xiex kien responsabbli? Ikkunsidra dak li tgħid il-​Bibbja: li Alla hu “Dak li għamel is-​sema u l-​art”; li xogħol idejh jinkludi l-​iġsma tagħna li huma ‘magħmulin b’mod tal-​għaġeb’; u li Ġeħova hu “l-​Alla li f’idu qiegħed nifsek.” (Salm 124:8; 139:14; Danjel 5:23) Dan kollu xi jfisser?

Ifisser li nafu kull nifs li nieħdu, l-​eżistenza nfisha tagħna, lill-​Ħallieq. (Atti 17:28) Ifisser li l-​għotja tal-​ħajja, is-​sbuħija tad-​dinja, l-​għaxqa li tikseb mill-​imħabba u l-​ħbiberija, u l-​ferħ li jiġi mill-​fatt li tistaʼ ttiegħem, tmiss, tismaʼ, u xxomm l-​affarijiet taʼ madwarek huma kollha għotjiet mingħand Alla. (Ġakbu 1:17) Ma taqbilx int li dawn il-​barkiet jagħmluh Ħabib li jistħoqqlu l-​istima u l-​fiduċja tagħna?

M’għandniex xi ngħidu, forsi ssibha diffiċli biex tafdah lil Alla. Għandek mnejn tħoss li għadek ma tafux biżżejjed biex tafdah. U dan nistgħu nifhmuh. F’dawn l-​artikli qosra, ma nistgħux nitkellmu dwar ir-​raġunijiet kollha għala xi wħud jaħsbu li Alla hu kattiv. Imma mhuwiex taʼ min jagħmlu l-​isforz li ssir taf aħjar lil Alla?a Aħna fiduċjużi li hekk kif tagħmel dan se ssir taf il-​verità dwar Alla. Hu kattiv? Lanqas xejn, anzi: “Alla hu mħabba.”—1 Ġwanni 4:8.

a Pereżempju, tistaʼ ssib iktar informazzjoni dwar għala Alla jippermetti l-​ħażen f’kapitlu 11 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja