LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 7/15 p. 26
  • Membru Ġdid tal-Ġemgħa li Tiggverna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Membru Ġdid tal-Ġemgħa li Tiggverna
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Membri Ġodda tal-Ġemgħa li Tiggverna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Membri Ġodda tal-Ġemgħa li Tiggverna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Membru ġdid tal-Ġemgħa li Tiggverna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Laqgħa Storika
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 7/15 p. 26

Membru Ġdid tal-​Ġemgħa li Tiggverna

Nhar l-​Erbgħa filgħodu, 5 taʼ Settembru, 2012, ġie mħabbar lill-​familji taʼ Betel tal-​Istati Uniti u l-​Kanada li żdied membru ġdid mal-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova. B’seħħ mill-​1 taʼ Settembru, 2012, Mark Sanderson beda jaqdi f’din il-​kariga.

Ħuna Sanderson trabba f’San Diego, Kalifornja, l-​Istati Uniti tal-​Amerika, mill-​ġenituri Kristjani tiegħu u tgħammed fid-​9 taʼ Frar, 1975. Beda jaqdi bħala pijunier f’Saskatchewan, il-​Kanada, fl-​1 taʼ Settembru, 1983. F’Diċembru 1990, hu ggradwa mis-​sebaʼ klassi tal-​Iskola tat-​Taħriġ Ministerjali (issa msejħa l-​Iskola tal-​Bibbja Għal Aħwa Rġiel Mhux Miżżewġin) fl-​Istati Uniti. Ħuna Sanderson inħatar biex jaqdi bħala pijunier speċjali fil-​gżira taʼ Newfoundland, il-​Kanada, f’April 1991. Wara li qeda bħala s-​sostitut għall-​indokratur tas-​circuit, hu ġie mistieden biex isir membru tal-​familja taʼ Betel fil-​Kanada fi Frar 1997. F’Novembru 2000, intbagħat fil-​fergħa tal-​Istati Uniti fejn ħadem fis-​Servizzi taʼ Informazzjoni għall-​Isptarijiet u iktar tard fid-​Dipartiment tas-​Servizz.

F’Settembru 2008, Ħuna Sanderson attenda l-​Iskola għall-​Membri tal-​Kumitati tal-​Fergħa u wara nħatar bħala membru tal-​Kumitat tal-​Fergħa fil-​Filippini. F’Settembru 2010, ġie mistieden imur lura l-​Istati Uniti fejn kien jgħin lill-​Kumitat tas-​Servizz tal-​Ġemgħa li Tiggverna.

Il-​Membri tal-​Ġemgħa li Tiggverna fil-​Preżent

Filliera taʼ wara, mix-​xellug għal-​lemin: D. H. Splane, A. Morris III, D. M. Sanderson, G. W. Jackson, M. S. Lett. Filliera taʼ quddiem, mix-​xellug għal-​lemin: S. F. Herd, G. Lösch, G. H. Pierce. Il-​membri kollha tal-​Ġemgħa li Tiggverna huma Kristjani midlukin.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja