LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 2/1 p. 16
  • Veru li l-Bibbja hija l-Kelma t’Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Veru li l-Bibbja hija l-Kelma t’Alla?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Materjal Simili
  • L-Aħbar Tajba, Vera Ġejja Mingħand Alla?
    Aħbar Tajba Mingħand Alla!
  • Il-Bibbja—Ktieb mingħand Alla
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Veru Li L-Bibbja Ġejja Minn Alla?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Int Kif Tħares Lejn il-Bibbja?
    Int kif tħares lejn il-Bibbja?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 2/1 p. 16
Romblu tal-​Bibbja tal-​qedem

MISTOQSIJIET DWAR IL-​BIBBJA MWEĠBIN

Veru li l-​Bibbja hija l-​Kelma t’Alla?

Int tistenna li l-​Kelma t’Alla tkun unika, u l-​Bibbja hekk hi. Biljuni taʼ kopji ġew stampati b’mijiet taʼ lingwi. L-​għerf misjub fil-​Bibbja għandu l-​qawwa li jbiddel lin-​nies għall-​aħjar.—Aqra l-​1 Tessalonikin 2:13; 2 Timotju 3:16.

Nafu li l-​Bibbja ġejja minn Alla għaliex tbassar il-​futur b’eżattezza. Ebda bniedem ma jistaʼ jagħmel dan waħdu. Pereżempju, ikkunsidra l-​ktieb taʼ Isaija. Kopja tiegħu, li saret iktar minn seklu qabel it-​twelid taʼ Ġesù, instabet f’għar qrib il-​Baħar il-​Mejjet. Din tgħid li l-​belt taʼ Babilonja kellha ssir diżabitata. L-​ewwel ma seħħ dan kien ħafna snin wara l-​ministeru taʼ Ġesù fuq l-​art.—Aqra Isaija 13:19, 20; 2 Pietru 1:20, 21.

Il-​Bibbja kif inkitbet?

Il-​Bibbja nkitbet matul perijodu taʼ madwar 1,600 sena. Kien hemm xi 40 kittieb tal-​Bibbja, u huma segwew tema waħda mingħajr ma kkontradew lil xulxin. Dan kif kien possibbli? Alla ggwidahom fil-​kitba.—Aqra t-​2 Samwel 23:2.

Xi drabi, Alla kellem lill-​kittieba tal-​Bibbja permezz taʼ anġli, viżjonijiet, jew ħolm. Ġeneralment, Alla poġġa l-​idea tiegħu f’moħħ il-​kittieb u ħallieh jagħżel il-​kliem li ried juża biex jesprimi l-​messaġġ t’Alla.—Aqra Rivelazzjoni 1:1; 21:3-​5.

Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 2 taʼ dan il-​ktieb, Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova

Tistaʼ tiddawnlowdjah minn www.jw.org/mt

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja