Il-Bibbja x’tgħid?
Iwieġeb Alla t-talb kollu?
INTI TAĦSEB LI HU JWIEĠEB IT-TALB TAʼ KULĦADD?
Iva
Le
Ma nafx
DAK LI TGĦID IL-BIBBJA
“Ġeħova hu qrib dawk kollha . . . li jsejħulu bil-verità.”—Salm 145:18.
X’NISTGĦU NITGĦALLMU IŻJED MILL-BIBBJA?
Alla jinjora t-talb taʼ dawk li jiħduha kontrih. (Isaija 1:15) Però, jistgħu ‘jirranġaw l-affarijiet’ miegħu billi jbiddlu triqathom.—Isaija 1:18.
Biex Alla jwieġeb it-talb, irid ikun fi qbil mar-rieda tiegħu li nsibuha fil-Bibbja.—1 Ġwanni 5:14.
Irridu aħna nkunu f’xi pożizzjoni partikulari biex nitolbu?
XI WĦUD JEMMNU li dejjem għandhom ikunu għarkopptejhom, rashom baxxuta, jew b’idejhom maʼ xulxin meta jitolbu. Int x’taħseb?
DAK LI TGĦID IL-BIBBJA
Alla aċċetta t-talb mingħand dawk li kienu bilqiegħda, bilwieqfa, mimdudin, jew għarkopptejhom. (1 Kronaki 17:16; 2 Kronaki 30:27; Esdra 10:1; Atti 9:40) Hu ma jistenniex li nkunu f’xi pożizzjoni speċifika meta nitolbu.
X’NISTGĦU NITGĦALLMU IŻJED MILL-BIBBJA?
Alla jismaʼ lil dawk li huma umli.—Salm 138:6.
Tistaʼ titlob b’liema lingwa trid jew saħansitra f’qalbek.—2 Kronaki 6:32, 33; Neħemija 2:1-6.