LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w19 Ottubru pp. 2-5
  • 1919—Mitt sena ilu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • 1919—Mitt sena ilu
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • DEĊIŻJONI DIFFIĊLI
  • MEĦLUSIN!
  • DETERMINATI LI JIPPRITKAW
  • LESTI GĦAL IŻJED TKABBIR
  • 1922—Mitt Sena Ilu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • 1920—Mitt Sena Ilu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Inħelsu mir-​reliġjon falza
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • 1924​—⁠Mitt Sena Ilu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
w19 Ottubru pp. 2-5
Ħuna Rutherford jagħti taħdita fil-konvenzjoni f’Cedar Point, Ohio, fl-1919

Ħuna Rutherford jagħti taħdita fil-konvenzjoni f’Cedar Point, Ohio, fl-1919

1919—Mitt sena ilu

SAL-​1919, il-​Gwerra l-​Kbira (iktar tard magħrufa bħala l-​Ewwel Gwerra Dinjija), li damet tkarkar għal iktar minn erbaʼ snin, kienet spiċċat. Tard fis-​sena taʼ qabel, in-​nazzjonijiet waqfu jiġġieldu, u fit-​18 taʼ Jannar 1919, bdiet il-​Konferenza taʼ Paċi taʼ Pariġi. Waħda mill-​affarijiet tajbin li ħarġu minn din il-​konferenza kienet it-​Trattat taʼ Versailles, li temm formalment il-​gwerra bejn il-​Ġermanja u l-​pajjiżi li kienu jiggwerraw kontriha. Dan ġie ffirmat fit-​28 taʼ Ġunju 1919.

It-​trattat, jew ftehim, stabbilixxa wkoll organizzazzjoni ġdida msejħa l-​Lega tan-​Nazzjonijiet. L-​iskop tagħha kien “li tippromwovi koperazzjoni internazzjonali u li ġġib paċi u sigurtà internazzjonali.” Ħafna mir-​reliġjonijiet tal-​Kristjaneżmu appoġġjaw il-​Lega. Il-​Kunsill Federali tal-​Knejjes taʼ Kristu fl-​Amerika faħħarha bħala “l-​espressjoni politika tas-​Saltna t’Alla fuq l-​art.” Dan il-​kunsill wera li appoġġja lil din il-​Lega billi bagħat delegati għall-​Konferenza taʼ Paċi taʼ Pariġi. Wieħed minn dawn id-​delegati qal li l-​konferenza “kienet il-​bidu taʼ era ġdida fl-​istorja tad-​dinja.”

Era ġdida kienet qed tibda, iżda ma kinitx se tinbeda min-​nies involuti f’dik il-​konferenza taʼ paċi. Fl-​1919 bdiet era ġdida fix-​xogħol tal-​ippritkar meta Ġeħova saħħaħ lill-​poplu tiegħu biex jipprietka bħal qatt qabel. Imma qabel dan setaʼ jseħħ, xi ħaġa sinifikanti kellha bżonn tinbidel għall-​Istudenti tal-​Bibbja.

DEĊIŻJONI DIFFIĊLI

Joseph F. Rutherford

Joseph F. Rutherford

L-​elezzjoni annwali tad-​diretturi tal-​Watch Tower Bible and Tract Society kienet ippjanata għas-​Sibt, 4 taʼ Jannar 1919. F’dak iż-​żmien, Joseph F. Rutherford, li kellu t-​tmexxija fost il-​poplu taʼ Ġeħova, kien ġie mitfugħ il-​ħabs inġustament f’Atlanta, Georgia, l-​Istati Uniti tal-​Amerika, flimkien maʼ sebgħa oħra. Il-​mistoqsija kienet, Kellhom dawn l-​aħwa fil-​ħabs li kienu uffiċjali jerġgħu jiġu eletti? Jew posthom kellu jieħdu xi ħadd ieħor?

Evander J. Coward

Evander J. Coward

Fiċ-​ċella tal-​ħabs tiegħu, Ħuna Rutherford inkwieta dwar il-​futur tal-​organizzazzjoni. Hu kien jaf li xi aħwa ħassew li kien ikun aħjar li jtellgħu lil xi ħadd ieħor bħala president. Għalhekk, kiteb ittra lil dawk preżenti għal-​laqgħa tal-​4 taʼ Jannar 1919, u nnomina lil Evander J. Coward għal president. Rutherford iddeskriva lil Coward bħala “kalm,” “diskret,” u “leali lejn il-​Mulej.” Madankollu, ħafna aħwa ppreferew soluzzjoni differenti, li jipposponu l-​elezzjoni għal sitt xhur. L-​avukati li ddefendew lill-​aħwa fil-​ħabs qablu maʼ dan. Waqt li kienu qed jiddiskutu x’se jagħmlu, xi aħwa bdew jitbaqbqu.

Richard H. Barber

Richard H. Barber

Imbagħad ġrat xi ħaġa li skont Richard H. Barber ikkalmat is-​sitwazzjoni diffiċli. Wieħed mill-​aħwa fl-​attendenza qal: “M’iniex xi espert tal-​liġi, imma naf x’hemm bżonn biex tkun leali. Il-​lealtà hi dak li Alla jrid. Ma nistax nimmaġina x’fiduċja ikbar nistgħu nuru milli jkollna elezzjoni u nerġgħu ntellgħu lil Ħuna Rutherford bħala president.”—Salm 18:25.

Alexander H. Macmillan

Alexander H. Macmillan

A. H. Macmillan, li kien il-​ħabs ukoll, iktar tard irrakkonta li l-​għada Ħuna Rutherford ħabbatlu fuq il-​ħajt taċ-​ċella u qallu, “Oħroġ idek ’il barra.” Imbagħad, Ħuna Rutherford newwillu telegramma. Macmillan ra l-​messaġġ qasir u mill-​ewwel kien jaf xi jfisser. Il-​messaġġ qal: “RUTHERFORD WISE VAN BARBER ANDERSON BULLY U SPILL DIRETTUR L-​EWWEL TLIETA UFFIĊJALI INĦOBBUKOM.” Dan kien ifisser li d-​diretturi kollha reġgħu ġew eletti u li Joseph Rutherford u William Van Amburgh baqgħu jaqdu bħala uffiċjali. B’hekk, Ħuna Rutherford kien se jkompli bħala president.

MEĦLUSIN!

Waqt li t-​tmien aħwa kienu l-​ħabs, Studenti tal-​Bibbja leali għamlu petizzjoni biex jinħelsu l-​aħwa. Dawn l-​aħwa rġiel u nisa kuraġġużi ġabru iktar minn 700,000 firma mingħand in-​nies. L-​Erbgħa, 26 taʼ Marzu 1919, qabel ma ġiet preżentata l-​petizzjoni, Ħuna Rutherford u l-​aħwa l-​oħra responsabbli nħelsu.

F’taħdita li ta lil dawk li laqgħuh lura, Ħuna Rutherford qal: “Jien konvint li din l-​esperjenza li lkoll għaddejna minnha se sservi biss biex tippreparana għal iżjed żminijiet diffiċli. . . . Il-​ġlieda tagħkom ma kinitx biex toħorġu lil ħutkom mill-​ħabs. Dan ma kienx l-​iskop veru taʼ dan ix-​xogħol kollu. . . . Il-​ġlieda tagħkom kienet bl-​iskop li ġġib glorja lil Ġeħova, u dawk li ħadu sehem fiha rċivew barka mill-​isbaħ.”

Iċ-​ċirkustanzi li kienu fihom ħutna f’din il-​prova jistgħu jindikaw li Ġeħova kien qed jidderieġi l-​affarijiet. Fl-​14 taʼ Mejju 1919, il-​qorti tal-​appell qatgħet is-​sentenza: “L-​akkużati f’dan il-​każ ma kellhomx il-​ġuri ġust . . . li kienu intitolati għalih, u għal din ir-​raġuni s-​sentenza nbidlet.” L-​aħwa kienu nstabu ħatja taʼ kriminalitajiet serji u dawn kienu se jibqgħu jidhru fuq il-​kondotta tagħhom kieku biss ġew maħfurin jew kieku s-​sentenzi tagħhom sempliċement tnaqqsu. Ma kienx hemm iżjed akkużi kontrihom. B’hekk, Ħuna Rutherforda ma tilifx il-​kwalifiki legali li kellu biex jiddefendi lill-​poplu taʼ Ġeħova quddiem il-​Qorti Suprema tal-​Istati Uniti, xi ħaġa li għamel ħafna drabi wara li ġie meħlus.

DETERMINATI LI JIPPRITKAW

“Ma konniex se noqogħdu nitgħażżnu b’idejna fuq żaqqna waqt li nistennew lill-​Mulej jiħodna s-​sema,” qal Ħuna Macmillan. “Aħna rrealizzajna li kellna nagħmlu xi ħaġa biex insiru nafu x’kienet verament ir-​rieda tal-​Mulej.”

Imma l-​aħwa fil-​kwartieri ġenerali ma setgħux sempliċement ikomplu x-​xogħol li kienu ilhom jagħmlu għal ħafna snin. Għala le? Għax waqt li kienu l-​ħabs, il-​pjanċi għall-​istampar kollha li kienu jintużaw biex tiġi stampata l-​letteratura kienu nqerdu. Dan kien taʼ skuraġġiment, u xi aħwa tħassbu jekk ix-​xogħol tal-​ippritkar kienx spiċċa.

Kien baqaʼ xi ħadd interessat fil-​messaġġ tas-​Saltna ppritkat mill-​Istudenti tal-​Bibbja? Biex iwieġeb din il-​mistoqsija, Ħuna Rutherford iddeċieda li jagħti taħdita. Il-​pubbliku kien se jiġi mistieden. Ħuna Macmillan qal: “Jekk ħadd ma jattendi din il-​laqgħa jkun ifisser li x-​xogħol tal-​ippritkar ikun spiċċa.”

Riklam fuq il-gazzetta għat-taħdita “It-tama għall-umanità mnikkta” taʼ Ħuna Rutherford f’Los Angeles, Kalifornja, fl-1919

Riklam fuq il-gazzetta għat-taħdita “It-tama għall-umanità mnikkta” taʼ Ħuna Rutherford f’Los Angeles, Kalifornja, fl-1919

Allura ġara li l-​Ħadd, 4 taʼ Mejju 1919, minkejja marda serja, Ħuna Rutherford ta t-​taħdita “It-​tama għall-​umanità mnikkta” f’Los Angeles, Kalifornja. Madwar 3,500 persuna attendew il-​laqgħa, u mijiet taʼ nies ma setgħux jattendu għax ma kienx hemm wisaʼ għalihom. L-​għada attendew 1,500 persuna oħra. L-​aħwa ħadu t-​tweġiba—in-​nies kienu interessati!

Dak li mbagħad għamlu l-​aħwa ħejja t-​triq għax-​xogħol tal-​ippritkar tax-​Xhieda taʼ Ġeħova sal-​lum.

LESTI GĦAL IŻJED TKABBIR

It-​Torri tal-​Għassa tal-​1 t’Awwissu 1919 ħabbar li kmieni f’Settembru kien se jkun hemm konvenzjoni f’Cedar Point, Ohio. Clarence B. Beaty, Student tal-​Bibbja żagħżugħ minn Missouri, qal: “Kulħadd ħass li kellu jmur.” Iktar minn 6,000 ħu u oħt marru għal din il-​laqgħa, bil-​wisq iżjed milli kien mistenni. Il-​200 persuna u iktar li tgħammdu f’Lake Erie fil-​viċin żiedu mal-​eċitament tal-​okkażjoni.

Il-qoxra tal-ewwel ħarġa taʼ The Golden Age, bid-data tal-1 t’Ottubru 1919

Il-qoxra tal-ewwel ħarġa taʼ The Golden Age, bid-data tal-1 t’Ottubru 1919

Fil-​5 taʼ Settembru 1919, il-​ħames jum tal-​konvenzjoni, fit-​taħdita tiegħu bit-​titlu “Taħdita għall-​ħaddiema sħabna,” Ħuna Rutherford ħabbar il-​pubblikazzjoni taʼ rivista ġdida, jisimha The Golden Age.b Din kellha “titkellem dwar aħbarijiet kurrenti taʼ importanza, u tagħti spjegazzjoni Skritturali għala [kienu] qed iseħħu dawn il-​ġrajjiet kbar.”

L-​Istudenti tal-​Bibbja kollha kienu inkuraġġiti biex jippritkaw bil-​qlubija billi jużaw din il-​pubblikazzjoni ġdida. F’ittra li ddeskriviet kif ix-​xogħol kien se jkun organizzat kien hemm miktub: “Ħalli lil kull min ġie konsagrat [mgħammed] jiftakar li hu privileġġ kbir li jaqdi, u jaħtaf l-​opportunità issa f’li jieħu sehem f’din ix-​xhieda kbira lid-​dinja.” Ir-​reazzjoni kienet meraviljuża! Sa Diċembru, pubblikaturi żelużi tas-​Saltna kienu ġabru iżjed minn 50,000 abbonament għar-​rivista l-​ġdida.

Aħwa fi Brooklyn, New York, b’tagħbija taʼ The Golden Age

Aħwa fi Brooklyn, New York, b’tagħbija taʼ The Golden Age

Sa ma spiċċat l-​1919, il-​poplu taʼ Ġeħova reġaʼ ġie organizzat u msaħħaħ. Ukoll, diversi profeziji importanti dwar l-​aħħar jiem kienu twettqu. L-​ittestjar u l-​irfinar tal-​poplu t’Alla, imbassar f’​Malakija 3:1-​4, kien komplut. Il-​poplu taʼ Ġeħova kien inħeles mill-​jasar simboliku taʼ “Babilonja l-​Kbira,” u Ġesù kien ħatar lill-​“ilsir leali u għaqli.”c (Riv. 18:2, 4; Mt. 24:45) Issa l-​Istudenti tal-​Bibbja kienu lesti għax-​xogħol li Ġeħova riedhom jagħmlu.

a Ħuna Rutherford kien avukat u mħallef, u kien magħruf bħala “l-​Imħallef Rutherford.”

b The Golden Age ġiet imsejħa Consolation fl-​1937 u Awake! fl-​1946.

c Ara It-​Torri tal-​Għassa tal-​15 taʼ Lulju 2013, pp. 10-12, 21-23; Marzu 2016, pp. 29-31.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja