LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/06 p. 6
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Materjal Simili
  • Għallem lil Uliedek Ifaħħru lil Ġeħova
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Ġenituri—Ħarrġu lil Uliedkom bl-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Ibni Familja Soda Spiritwalment
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 8/06 p. 6

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ Sa liema punt jistgħu t-​tfal żgħar taʼ ġenituri Kristjani jieħdu sehem fil-​ministeru taʼ l-​għalqa qabel ma jiġu rikonoxxuti bħala pubblikaturi mhux mgħammdin?

Il-​ġenituri Kristjani jridu lil uliedhom jiżviluppaw f’qaddejja taʼ Ġeħova maturi u devoti. (1 Sam. 2:​18, 26; Lq. 2:40) Anki minn età tassew żgħira, it-​tfal fil-​familji Kristjani għandhom ikunu kapaċi jesprimu ruħhom b’mod ċar biex jiddefendu l-​fidi tagħhom ibbażata fuq il-​Bibbja. It-​tfal jikbru iktar spiritwalment hekk kif jakkumpanjaw lill-​ġenituri tagħhom fil-​ministeru taʼ l-​għalqa miċ-​ċokon. Imma hu importanti li ż-​żgħar ikunu mqanqlin minn qalbhom jekk iridu jgawdu s-​servizz taʼ l-​għalqa, isiru pubblikaturi mhux mgħammdin, u jkomplu jieħdu sehem fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar tas-​Saltna. Dan jeħtieġ li l-​ġenituri jħarrġuhom sew. (1 Tim. 4:6; 2 Tim. 2:15) Pubblikaturi kwalifikati oħrajn jistgħu kultant jagħtu l-​għajnuna jekk il-​ġenituri jaqblu dwar dan.—Ara l-​ktieb Organizzati biex Nagħmlu r-​Rieda taʼ Ġeħova paġna 82.

Hekk kif tfal edukati jakkumpanjaw lill-​ġenituri Kristjani tagħhom fix-​xogħol minn dar għal dar, huma jitgħallmu kif jieħdu sehem fil-​ministeru. Imma dawn ma jiġux rikonoxxuti bħala pubblikaturi mhux mgħammdin qabel ma jiżviluppaw ammont t’abbiltà u kapaċità huma stess. Il-​ġenituri Kristjani jistgħu jiddeċiedu sa liema punt it-​tfal jistgħu jieħdu sehem fl-​għoti taʼ xiehda hekk kif jaħdmu flimkien. Tfal li għadhom m’humiex rikonoxxuti bħala pubblikaturi mhux mgħammdin m’għandhomx iħabbtu l-​bibien waħedhom jew jakkumpanjaw tfal oħrajn fis-​servizz taʼ l-​għalqa. Il-​ġenituri jistgħu jippreparaw lil uliedhom għas-​servizz taʼ l-​għalqa u jħalluhom jipparteċipaw b’diversi modi, per eżempju billi jaqraw xi skrittura, joffru fuljett jew rivista, jew juru stampa lill-​inkwilin f’waħda mill-​pubblikazzjonijiet. Hekk kif it-​tfal jikbru, huma se jkunu iktar kapaċi jkollhom sehem akbar fid-​diskussjoni.

B’taħriġ xieraq, iż-​żgħar jitgħallmu jifhmu s-​serjetà tal-​ministeru hekk kif iwieġbu għad-​direzzjoni tal-​ġenituri tagħhom u jġibu ruħhom sew u bl-​ordni. Il-​ġenituri m’għandhomx jibagħtu lil uliedhom li m’humiex rikonoxxuti bħala pubblikaturi mhux mgħammdin fil-​grupp tal-​laqgħa tas-​servizz u jistennew li jieħu ħsiebhom ħaddieħor. Ġenituri li jieħdu interess f’uliedhom jirrikonoxxu r-​responsabbiltà persunali tagħhom li jżommu għajnejhom fuq l-​attività taʼ wliedhom. M’għandniex xi ngħidu, pubblikaturi responsabbli oħrajn jistgħu jkunu lesti li jagħtu l-​għajnuna fit-​taħriġ taʼ tfal żgħar fil-​kongregazzjoni li juru li jinteressahom ġenwinament li jaqdu lil Ġeħova fil-​ministeru.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja