LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/07 p. 4
  • Għallem lil Uliedek Ifaħħru lil Ġeħova

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għallem lil Uliedek Ifaħħru lil Ġeħova
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Materjal Simili
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Ħarreġ lil Uliedek Biex Ikunu Ministri
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Ġenituri—Ħarrġu Lil Uliedkom Biex Jippridkaw
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Ibni Familja Soda Spiritwalment
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 5/07 p. 4

Għallem lil Uliedek Ifaħħru lil Ġeħova

1. Jistgħu t-​tfal iż-​żgħar ifaħħru lil Ġeħova?

1 Salm 148:​12, 13 jinkuraġġixxi lit-​tfal subien u bniet biex “ifaħħru isem” Ġeħova. L-​Iskrittura fiha diversi eżempji taʼ tfal żgħar li għamlu dan. Per eżempju, “Samwel kien iservi quddiem il-​Mulej; kien għadu żgħir.” (1 Sam. 2:​18) Kienet “tifla żgħira” li qalet lil mart Nagħman li profeta taʼ Ġeħova f’Iżrael setaʼ jfejjaq lil Nagħman mill-​ġdiem. (2 Slat. 5:​1-3, Karm Żammit) Meta Ġesù daħal fit-​tempju u wettaq xogħlijiet taʼ qawwa, kienu “subien” dawk li bdew jgħajtu: “Salva, nitolbuk, lil Bin David!” (Mt. 21:15) Il-​ġenituri kif jistgħu jgħallmu lil uliedhom ifaħħru lil Ġeħova?

2. Għala huwa importanti li lġenituri jagħtu eżempju tajjeb lil uliedhom?

2 Bl-​Eżempju: Qabel ma jnaqqxu l-​verità fil-​qlub taʼ wliedhom, il-​missirijiet Iżraelin ġew istruwiti li l-​ewwel huma kellhom iħobbu lil Ġeħova u jkollhom il-​kmandi tiegħu fil-​qlub tagħhom stess. (Dt. 6:​5-9) Jekk titkellem b’mod pożittiv dwar il-​ministeru u tagħmlu parti mill-​iskeda taʼ kull ġimgħa tiegħek, uliedek se jibdew iqisu l-​ministeru bħala li hu importanti u sodisfaċenti.

3. Waħda oħt kif ibbenefikat mill-​eżempju tal-​ġenituri tagħha?

3 Waħda oħt tiftakar b’għożża: “Meta kont qed nikber, ir-​rutina tal-​familja tagħna kienet tinkludi li nieħdu sehem fil-​ministeru taʼ l-​għalqa kull tmiem il-​ġimgħa. Stajt nara li l-​ġenituri tiegħi tassew kienu jieħdu pjaċir jippridkaw. Aħna u nikbru bdejna nqisu l-​ministeru bħala xi ħaġa pjaċevoli.” Din l-​oħt saret pubblikatriċi mhux mgħammda meta kellha sebaʼ snin u ilha fis-​servizz full-time għal iktar minn 32 sena.

4. Xi jfisser li tħarreġ lit-​tfal b’mod progressiv?

4 Taħriġ b’Mod Progressiv: Hekk kif tieħdu sehem fil-​ministeru, involvu lil uliedkom. Forsi jistgħu jċemplu l-​qanpiena, jagħtu xi fuljett lill-​inkwilin, jew jaqraw xi skrittura. Dan se jżidilhom iktar il-​ferħ u jgħinhom jiksbu fiduċja fl-​abbiltà tagħhom biex jaqsmu l-​messaġġ tas-​Saltna. Hekk kif jikbru, il-​parteċipazzjoni tagħhom fil-​ministeru għandha tiżdied. Għalhekk, għinhom biex jagħmlu progress u jaħsbu dwar liema miri jistgħu jagħmlu biex itejbu s-​servizz tagħhom.

5. Tifel x’jeħtieġ biex jikkwalifika bħala pubblikatur mhux mgħammed?

5 Meta tħoss li wliedek huma kwalifikati biex isiru pubblikaturi mhux mgħammdin u t-​tfal juru li jixtiequ jagħmlu dan, tkellem maʼ l-​anzjani. Il-​fatt li jsiru pubblikaturi se jenfasizza r-​responsabbiltà persunali tagħhom li jfaħħru lil Ġeħova. Żomm f’moħħok li tifel m’għandux għalfejn ikun jaf daqs l-​adulti mgħammdin qabel ma jikkwalifika. Jifhem ibnek it-​tagħlim bażiku tal-​Bibbja? Iżomm mal-​livelli morali tal-​Bibbja? Jixtieq jieħu sehem fil-​ministeru u jiġi identifikat bħala wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova? Jekk iva, l-​anzjani għandhom mnejn jiddeterminaw li hu jikkwalifika bħala pubblikatur mhux mgħammed.​—Ara l-​ktieb Organizzati biex Nagħmlu r-​Rieda taʼ Ġeħova, pġi. 79-​82.

6. Għala jiswa li l-​ġenituri jħarrġu lil uliedhom?

6 Li tgħallem lit-​tfal ifaħħru lil Ġeħova minn qalbhom jirrikjedi sforz. Madankollu, x’jistaʼ jferraħ lill-​ġenituri iktar milli jaraw lil uliedhom jagħmlu progress spiritwali? Iktar importanti, Ġeħova jieħu gost meta t-​tfal jitkellmu dwar ix-​xogħlijiet meraviljużi tiegħu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja