LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/11 p. 7
  • Ħarreġ lil Uliedek Biex Ikunu Ministri

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarreġ lil Uliedek Biex Ikunu Ministri
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Materjal Simili
  • Ibni Familja Soda Spiritwalment
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Ġenituri—Ħarrġu lil Uliedkom minn Ċkunithom
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Liema Miri Poġġejtilhom lil Uliedek?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Ġenituri—Rabbu lit-tfal iħobbu lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2011
km 1/11 p. 7

Ħarreġ lil Uliedek Biex Ikunu Ministri

1. Salm 148:12, 13 xi jqanqalhom jagħmlu l-​ġenituri Kristjani?

1 Ġeħova jistieden liż-​żgħar biex ifaħħruh. (Salm 148:12, 13) Għalhekk, ġenituri Kristjani jagħmlu iktar milli jgħallmu lil uliedhom il-​veritajiet Bibliċi u l-​liġijiet morali t’Alla. Iħarrġuhom ukoll biex ikunu ministri tal-​aħbar tajba. Dan kif jistaʼ jsir b’mod progressiv?

2. L-​eżempju tajjeb taʼ ġenitur kif jistaʼ jeffettwa lil uliedu?

2 Eżempju Tajjeb: L-​imħallef Gidegħon qal lit-​300 raġel tiegħu: “Tgħallmu minn dak li tarawni nagħmel.” (Mħ. 7:17) It-​tfal naturalment iħarsu lejn il-​ġenituri tagħhom u jimitawhom. Wieħed missier jaħdem bil-​lejl, imma minflok ma jmur jorqod meta jasal id-​dar is-​Sibt filgħodu, jieħu lil uliedu fil-​ministeru avolja jkun għajjien mejjet. Mingħajr ma jgħid kelma, qed jgħallimhom li l-​ministeru hu prijorità. (Mt. 6:33) Josservawk uliedek tieħu sehem bil-​ferħ f’diversi forom tal-​qima, bħal li titlob, taqra l-​Bibbja, tikkummenta, u tipprietka? M’għandniex xi ngħidu, m’intix se tkun eżempju perfett. Imma wliedek se jkunu iktar lesti biex iwieġbu għall-​isforzi tiegħek biex tgħallimhom iqimu lil Ġeħova jekk jaraw id-​diliġenza tiegħek f’li taqdih.—Dt. 6:6, 7; Rum. 2:21, 22.

3. Il-​ġenituri liema miri spiritwali progressivi għandhom jgħinu lil uliedhom jagħmlu u jilħqu?

3 Miri Progressivi: Il-​ġenituri bla heda jħarrġu lil uliedhom biex jimxu, jitkellmu, ilibbsu lilhom infushom, u affarijiet oħrajn. Hekk kif it-​tfal jilħqu ċerti livelli fit-​tkabbir tagħhom, quddiemhom jitpoġġew miri ġodda. Jekk il-​ġenituri huma Kristjani, jgħinu lil uliedhom ukoll jagħmlu u jilħqu miri spiritwali fi qbil mal-​età u l-​abbiltajiet tagħhom. (1 Kor. 9:26) Qed tgħallem lil uliedek biex jikkummentaw fi kliemhom stess u biex jippreparaw it-​taħditiet tagħhom stess fl-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku? (Salm 35:18) Qed tħarriġhom biex jieħdu sehem f’aspetti differenti tal-​ministeru? Qed tpoġġilhom quddiemhom il-​mira tal-​magħmudija u s-​servizz full-​time? Qed tgħinhom jassoċjaw maʼ evanġelizzaturi ferħanin u entużjastiċi li se jinkuraġġuhom?—Prov. 13:20.

4. It-​tfal kif jibbenefikaw mill-​fatt li jkollhom ġenituri li jibdew iħarrġuhom fil-​ministeru minn età żgħira?

4 Is-​salmista qal: “O Alla, int għallimtni minn żgħożiti ’l quddiem, u s’issa għadni nitkellem dwar l-​għemejjel tiegħek taʼ l-​għaġeb.” (Salm 71:17) Ibda ħarreġ lil uliedek minn età żgħira biex isiru ministri. Il-​pedament spiritwali li tgħinhom ipoġġu ċertament li se jgħinhom hekk kif isiru adulti!—Prov. 22:6.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja