LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/10 p. 1
  • Liema Miri Poġġejtilhom lil Uliedek?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Liema Miri Poġġejtilhom lil Uliedek?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Materjal Simili
  • Ħeġġeġ il-Ġiri Wara Miri Spiritwali
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Il-Ferħ li Jiġi mis-Servizz Full-Time
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Ħarreġ lil Uliedek Biex Ikunu Ministri
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Ibni Familja Soda Spiritwalment
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2010
km 9/10 p. 1

Liema Miri Poġġejtilhom lil Uliedek?

1 Is-​suċċess fil-​ħajja jiddependi milli tagħmel u tilħaq miri sinifikanti. Dawk li jsusu wara miri fiergħa u mhux realistiċi jispiċċaw diżappuntati u mhux sodisfatti. Kemm aħna grati lejn Ġeħova li permezz tal-​Kelma u l-​organizzazzjoni tiegħu, jurina eżattament liema triq għandna naqbdu! (Is. 30:21) Ġeħova jagħti eżempju mill-​aqwa lill-​ġenituri billi jipprovdi din il-​gwida bi mħabba. Mill-​esperjenza tagħhom stess, ġenituri Kristjani jafu li ma jistgħux jafdaw fuq il-​ġudizzju tagħhom, imma jridu jistrieħu fuq Ġeħova.—Prov. 3:5, 6.

2 Il-​ġenituri jistgħu jpoġġulhom miri sinifikanti lil uliedhom u dawn se jgħinuhom jiffokaw fuq “dak li hu iktar importanti.” (Flp. 1:10) Jistgħu jibdew bil-​lejla tal-​Qima tal-​Familja billi jinkuraġġixxu lit-​tfal japprezzaw l-​importanza tagħha u jitgħallmu minnha. Ikun taʼ ġid għat-​tfal jekk jiħduha drawwa li jistudjaw minn qabel għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni u jippreparaw biex jagħmlu kummenti fi kliemhom. Huwa importanti li jieħdu sehem regolarment u b’mod żeluż fix-​xogħol tal-​ippritkar. It-​tfal żgħar jistgħu jikkontribwixxu billi joffru l-​fuljetti, jaqraw xi skrittura, jew jippreżentaw ir-​rivisti. Meta jkunu tgħallmu jaqraw, jistgħu jinkitbu fl-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku, u b’hekk jiġu megħjunin jagħmlu progress spiritwali iktar malajr. Meta jikkwalifikaw bħala pubblikaturi mhux mgħammdin jew jiġu aċċettati għall-​magħmudija jkunu għamlu pass taʼ ġgant ’il quddiem.

3 Hekk kif uliedhom ikunu resqin lejn l-​adoloxxenza, jew saħansitra qabel, il-​ġenituri għandhom jitkellmu magħhom b’mod realistiku dwar liema karriera għandhom il-​mira li jagħżlu. Kemm il-​counselors tal-​iskola, kif ukoll il-​ħbieb tal-​klassi jistgħu faċilment jinfluwenzawhom biex isusu wara miri materjalistiċi tad-​dinja. Il-​ġenituri għandhom jgħinu lil uliedhom jagħżlu korsijiet tal-​iskola li jipprovdu taħriġ prattiku li jippreparahom biex jieħdu ħsieb il-​bżonnijiet materjali mingħajr ma jissagrifikaw l-​interessi tas-​Saltna. (1 Tim. 6:6-​10) Huma jistgħu jiġu inkuraġġiti jsusu wara “l-​għotja” taʼ li wieħed jibqaʼ ma jiżżewwiġx u jekk iktar tard jiddeċiedu li jiżżewġu, ikunu f’pożizzjoni li jġorru r-​responsabbiltajiet tqal taż-​żwieġ. (Mt. 19:10, 11; 1 Kor. 7:36-​38) Jekk jitkellmu b’mod pożittiv dwar ix-​xogħol taʼ pijunier, jew ix-​xogħol f’Betel, il-​ġenituri jkunu jistgħu jnaqqxu f’uliedhom, saħansitra sa minn ċkunithom, xewqa li jużaw ħajjithom b’mod li jogħġob lil Ġeħova, li jġib benefiċċji lil oħrajn, u li jġib barkiet lilhom stess.

4 Jekk int ġenitur, ’il fejn jidhru li mexjin uliedek? Qegħdin jimxu ’l quddiem u jagħmlu progress biex jgħixu ħajja ffokata fuq l-​interessi tas-​Saltna? Ftakar, waħda mill-​iktar affarijiet importanti li tistaʼ tagħmel hi li tnaqqax il-​verità f’uliedek u titkellem dwarha kuljum. Jistaʼ jkollok il-​barka li tara li l-​familja tiegħek taqdi lil Ġeħova fedelment.—Dt. 6:6, 7; Ġoż. 24:15.

[Mistoqsijiet taʼ Studju]

1. Is-​suċċess fil-​ħajja minn xiex jiddependi?

2. Il-​ġenituri liema miri sinifikanti jistgħu jpoġġulhom lil uliedhom?

3. Il-​ġenituri kif jistgħu jgħinu lil uliedhom matul l-​adoloxxenza?

4. Il-​ġenituri liema mistoqsijiet jistgħu jistaqsu lilhom infushom, u x’inhi l-​iktar ħaġa importanti li jistgħu jagħmlu l-​ġenituri issa?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja