LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/00 pp. 4-6
  • Aqdi lil Jehovah Mingħajr Ebda Aljenazzjoni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Aqdi lil Jehovah Mingħajr Ebda Aljenazzjoni
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Materjal Simili
  • Aqdi lil Ġeħova mingħajr ma tiġi aljenat
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Qed Nibqgħu Mqajmin Filwaqt li Nevitaw Affarijiet li Jtellfuna?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • “Kunu Lesti”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • ‘Ibqgħu Fittxu l-Ewwel is-Saltna’
    Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 5/00 pp. 4-6

Aqdi lil Jehovah Mingħajr Ebda Aljenazzjoni

1 “Hieni l-​poplu li Jaħweh hu Alla tiegħu!” (Salm 144:15) Għadu minnu dan il-​kliem tas-​Sultan David saħansitra matul dawn il-​jiem mill-​agħar? (Efes. 5:16) Iva! Il-​Kristjani xorta għadhom isibu l-​ferħ f’li jaqdu lil Jehovah. L-​affarijiet mhux dejjem ikunu faċli għalina. Satana qed jikkaġunalna d-​diffikultajiet matul dan iż-​“żmien iebes,” madankollu m’aħniex dipressi. (2 Tim. 3:​1, 2) Il-​kundizzjonijiet li dejjem sejrin għall-​agħar huma prova oħra li dalwaqt is-​Saltna t’Alla se tiknes ’l hemm lil din id-​dinja qadima li sejra lura u flokha tagħmel dinja ġdida nadifa. (2 Pt. 3:13) Id-​dlam taʼ din id-​dinja ma jbaxxilniex jew jeqirdilna l-​fjamma tat-​tama ferriħija tagħna; pjuttost, it-​tama tagħna tas-​Saltna qed tiddi iktar minn qatt qabel. M’intix ferħan li qed taqdi lil Jehovah bħala dawwâl f’din id-​dinja mudlama?—Flp. 2:15.

2 Bħala individwi, irridu l-​ħin kollu naraw kif qed naqdu lil Jehovah. Għala? Għax Satana huwa l-​perċimes taʼ l-​aljenazzjoni. Dizzjunarju jiddefinixxi l-​kelma “aljenazzjoni” bħala li wieħed “jiżvija,” “jinġibed jew jidderieġi (l-attenzjoni taʼ xi ħadd) lejn oġġett differenti jew f’direzzjonijiet differenti fl-​istess ħin,” u “jaġita jew iħawwad b’emozzjonijiet jew motivi taʼ konflitt.” Minn mindu nxteħet fuq din l-​art, Satana kellu suċċess f’li ‘jqarraq’ bl-​umanità. Hu juża ħafna mezzi biex jiżvija l-​attenzjoni tal-​bniedem ’il bogħod mill-​kwistjonijiet importanti taʼ żmienna. (Apk. 12:9) Għalkemm ix-​Xhieda taʼ ­Jehovah għamlu ħilithom kollha biex jippridkaw is-​Saltna għal dawn l-​aħħar mitt sena, kemm hawn nies li japprezzaw il-​kwistjonijiet l-​iktar importanti, jiġifieri t-​taqdis taʼ l-​isem t’Alla u l-​ivvindikar tas-​sovranità tiegħu permezz tas-​Saltna t’Alla? Meta toqgħod tqabbel, ftit li xejn. (1 Ġw. 5:19) Jekk Satana kapaċi jaljena biljuni taʼ nies fuq din l-​art, dejjem jibqaʼ l-​periklu li jistaʼ jaljena lilna jew jisirqilna l-​attenzjoni, u b’hekk nabbandunaw is-​servizz taʼ Jehovah. B’sogħba, xi wħud minn ħutna tħawdu mill-​aljenazzjonijiet taʼ Satana. Huma ħallew lil imħuħhom jinġibdu lejn direzzjonijiet differenti. M’aħniex neqsin mill-​affarijiet li jistgħu jaljenawna llum. Ikkunsidra ftit minnhom.

3 Problemi Ekonomiċi u Mħabba għall-​Affarijiet Materjali: Fil-​biċċa l-​kbira tal-​pajjiżi fid-​dinja, hemm in-​nuqqas taʼ xogħol u l-​għoli tal-​ħajja li joħolqu l-​ansjetajiet. Veru, aħna rridu nipprovdu l-​ikel, l-​ilbies, u saqaf għalina u għall-​familji tagħna. Imma jekk inħallu lilna nfusna nsiru ansjużi żżejjed dwar in-​neċessitajiet tal-​ħajja, dawn l-​affarijiet se jiddominawlna l-​ħsibijiet tagħna. Minflok nagħtu appoġġ lill-​kwistjoni tas-​Saltna, is-​sopravivenza fiżika tagħna tistaʼ ssir l-​iktar ħaġa importanti f’ħajjitna. L-​appostlu Pawlu ta parir f’dan ir-​rigward f’Lhud 13:​5, 6. Ġesù Kristu jassigurana li dawk li jfittxu l-​ewwel is-​Saltna m’għandhomx għalfejn ikunu ansjużi; ­Jehovah jipprovdilna dak li tassew għandna bżonn. (Mt. 6:​25-34) Il-​pijunieri u l-​qaddejja oħrajn full-time mad-​dinja kollha jistgħu jikkonfermaw li dan hu minnu.

4 Id-​dinja taʼ Satana tħeġġeġ l-​imħabba għall-​affarijiet materjali. Il-​motiv taʼ miljuni taʼ nies hu li jakkwistaw iktar ġid jew li jipproteġuh. Fi żmien Ġesù kien hemm affarijiet simili li jaljenaw. Wieħed ħakkiem żagħżugħ u għani staqsa lil Ġesù x’kellu jagħmel sabiex jiret il-​ħajja taʼ dejjem. Ġesù wieġbu: “Jekk trid tkun perfett [jew, sħiħ], mur, bigħ il-​ġid li għandek, agħtih lill-​foqra, u jkollok teżor fis-​sema; mbagħad ejja u imxi warajja.” (Mt. 19:​16-23) Mid-​dehra, il-​ħafna ġid materjali li kellu fixkel lil dan iż-​żagħżugħ milli jaqdi lil Alla b’ruħu kollha. Qalbu kienet tiġbdu lejn ir-​rikkezzi. Ġesù kien jaf li dan iż-​żagħżugħ kien se jibbenefika jekk kien se jeħles lilu nnifsu minn dawn l-​aljenazzjonijiet. Dawn ma ħallewhx ikun sħiħ fid-​devozzjoni tiegħu lejn Alla. Xi ngħidu dwarek? Qiegħed int taħdem ħinijiet itwal f’xogħol sekulari sempliċement biex iżżomm l-​istil taʼ ħajtek kif drajt bih? Effettwa dan is-​servizz tiegħek lejn Jehovah? Il-​ġid materjali tiegħek qed joħnoqlok l-​interessi tas-​Saltna? (Mt. 6:24) Tistaʼ tagħmel ħajtek iktar sempliċi sabiex tiddedika iktar ħin għall-​interessi spiritwali?

5 Affarijiet Ordinarji taʼ Kuljum: Jekk ma noqogħdux attenti, tant nistgħu nintilfu fuq l-​affarijiet ordinarji tal-​ħajja li nibdew nittraskuraw l-​attivitajiet spiritwali. Ftakar fin-​nies taʼ żmien Noè. Tant kienu medhijin bil-​kwistjonijiet soċjali, li jieklu u jixorbu, jiżżewġu u jżewġu lil uliedhom, li ma tawx kas il-​messaġġ taʼ twissija li kien qed jagħtihom Noè dwar id-​Dilluvju li kien ġej dalwaqt. Qabel ma ntebħu, ġie d-​Dilluvju u ġarr lil kulħadd. Minħabba li kienu aljenati nqerdu. Ġesù qal: “Hekk tkun il-​miġja taʼ Bin il-​bniedem.” (Mt. 24:​37-39) Tabilħaqq, il-​biċċa l-​kbira tan-​nies illum tant huma moħħhom f’ħajjithom stess milli jagħtu attenzjoni għall-​messaġġ taʼ twissija li qed niħdulhom. Huma għandhom nuqqas kbir taʼ interess lejn l-​affarijiet spiritwali.

6 Qegħda ħajtek tant timtela b’attivitajiet soċjali li l-​affarijiet spiritwali qed jingħataw inqas u inqas attenzjoni? F’okkażjoni waħda, Ġesù ġie mistieden fid-​dar taʼ Marta u Marija. Marija kienet qed tismaʼ b’mod ħerqan għal dak li kellu x’jgħid. Mill-​banda l-​oħra, Marta “kienet moħħha fuq il-​ħafna xogħol tad-​dar.” Marta kienet inkwetata żżejjed f’li tilqaʼ lil Ġesù kif jixraq. Hi naqset li tapprezza l-​bżonn li tieħu l-​ħin biex tagħti widen lil Ġesù. Hu bil-​ħlewwa qal lil Marta li ma kienx neċessarju li tħejji żżejjed; imma li kellha tingħata iktar attenzjoni lejn l-​affarijiet spiritwali. Għandek bżonn tapplikah dan il-​parir? (Lq. 10:​38-42) Ġesù wissiena wkoll li rridu noqogħdu attenti dwarna nfusna biex ma niklux u nixorbu żżejjed, u b’hekk ma nibqgħux f’sensina. F’dan iż-​żmien kritiku taʼ l-​istorja umana, aħna rridu nibqgħu għassa kompletament.—Lq. 21:​34-36.

7 Ġiri wara l-​Pjaċiri: Wieħed mill-​akbar tfixkil li juża x-​Xitan biex idawwar l-​attenzjoni ’l bogħod mill-​kwistjoni tas-​Saltna hu l-​ġiri wara l-​pjaċiri. Miljuni fil-​Kristjaneżmu poġġew il-​pjaċiri qabel Alla. Huma jippreferu jimlew il-​ħin b’xi ħaġa li taljenahom minflok ma jieħdu interess ġenwin fil-​Kelma t’Alla. (2 Tim. 3:4) M’għandniex xi ngħidu, id-​divertiment u r-​rikreazzjoni li jsaħħuk m’humiex ħżiena fihom infushom. Imma li nqattgħu ħin żejjed kull ġimgħa f’affarijiet bħat-​televixin, films, vidjos, sports, qari sekulari, jew passatempi jistaʼ jwassal biex niżviluppaw qalb qarrieqa li tbegħedna minn Jehovah. (Ġer. 17:9; Lhud 3:12) Kif jistaʼ jiġri dan? Forsi ssib li matul il-​laqgħat Kristjani moħħok ikun qed jhewden; għandu mnejn li saħansitra tkun tixtieq li tfittex tispiċċa l-​laqgħa ħalli tkompli tiġri wara l-​pjaċiri. Fi ftit żmien, tistaʼ tibda ssib skużi biex tibqaʼ d-​dar minflok ma tattendi għal-​laqgħat jew tieħu sehem fis-​servizz taʼ l-​għalqa. Issa huwa ż-​żmien biex tiddetermina b’mod ċar jekk dan il-​ġiri sarx taʼ tfixkil f’ħajtek. (Lq. 8:14) Mhux aħjar li kieku ftit mill-​ħin prezzjuż li tqattaʼ fid-​divertiment jintuża għall-​iżvilupp spiritwali?

8 Kwistjonijiet Oħra li Jieħdu Ħafna Ħin: Xi wħud spiċċaw involuti f’li jipprovaw isolvu problemi komuni fis-​soċjetà moderna. Il-​Kristjani jridu jevitaw li jkunu involuti f’dibattiti dinjin li ma jispiċċaw qatt fuq kwistjonijiet soċjali. Iridu jevitaw ukoll li bħad-​dinja jitqabdu għalxejn biex jirranġaw l-​inġustizzji. (Ġw. 17:16) Dan kollu hu parti mill-​għan taʼ Satana biex idawwar l-​attenzjoni mill-​pariri Bibliċi u mill-​fatt fundamentali li hemm soluzzjoni dejjiema waħda biss—is-​Saltna t’Alla. Jekk sofrejna minn offiża jew inġustizzja persunali, aħna rridu noqogħdu għassa li ma nsirux vendikattivi jew li ma nkunux nafu x’aħna nagħmlu minħabba l-​emozzjonijiet tagħna, li ninsew min aħna—Xhieda taʼ Jehovah. Fuq kollox, Jehovah huwa dak li jkun ġie offiż, u lil ismu rridu nqaddsu.—Is. 43:​10-12; Mt. 6:9.

9 Filwaqt li kulħadd irid iżomm f’saħħtu sa ċertu punt, il-​fatt li wieħed jagħti attenzjoni żejda lil dawk it-​teoriji u r-​rimedji bla tarf li qed jiġu offruti, jistaʼ jġagħlu jsir ossessjonat bi kwistjonijiet taʼ saħħa. Huwa veru li hemm ħafna li jirrikkmandaw varjetà kbira taʼ dieti, kuri, u terapiji għall-​problemi fiżiċi u emozzjonali, li ħafna minnhom lanqas jaqblu maʼ xulxin. Dak li wieħed jagħmel inkwantu għas-​saħħa hija deċiżjoni persunali, jekk kemm-il darba ma tkunx f’konflitt mal-​prinċipji Bibliċi. Ejja dejjem inżommu l-​fiduċja sħiħa tagħna fis-​Saltna t’Alla bħala r-​rimedju veru għall-​mard taʼ l-​umanità.—Is. 33:24; Apk. 21:​3, 4.

10 Żomm Sħiħ, Titħarrikx: Hekk kif it-​tmiem jersaq qrib, Satana se jżid l-​isforzi tiegħu biex jaljenak mis-​servizz tiegħek lil Jehovah. “Iqfulu, sħaħ fil-​fidi.” (1 Pt. 5:9) Kif? Trid titmaʼ lilek innifsek il-​ħsibijiet t’Alla. (Mt. 4:4) Tħallix it-​tfixkil tad-​dinja jisraq lilek u lill-​familja tiegħek mill-​ħin li għandkom bżonn biex timmeditaw u tirriflettu bil-​kwiet fuq il-​Kelma t’Alla. Waqt l-​ikliet mal-​familja, iddiskutu flimkien xi esperjenzi u kwistjonijiet oħrajn li jibnukom. Żomm maʼ skeda konsistenti taʼ studju persunali u preparazzjoni għal-​laqgħat.

11 Meta l-​ansjetajiet jaslu sal-​punt li jibdew iħawdulek moħħok, ixħet it-​tagħbija tiegħek fuq Jehovah fit-​talb. Kun ċert li hu jieħu ħsiebek. (1 Pt. 5:7) Ħalli s-​sliem t’Alla jżommlok lil qalbek u moħħok sħaħ. (Flp. 4:​6, 7) Tħalli l-​ebda aljenazzjoni ċċajpar il-​viżjoni spiritwali tiegħek. Żomm lil Jehovah dejjem quddiemek, bħalma għamel Ġesù. (Atti 2:25) Żomm ħarstek iffokata direttament fuq il-​mira tiegħek, bħalma tinkuraġġina l-​iskrittura taʼ Proverbji 4:​25-27: “Żomm għajnejk dritti quddiemek, u ħarstek ’il quddiem itfagħha. Ara fejn titfaʼ riġlek fi triqtek, u li triqatek kollha jkunu tajba. Tgħawwiġx ’l hawn u ’l hemm.”

12 Attendi fedelment għal-​laqgħat kollha, u ddixxiplina lilek innifsek sabiex tagħti attenzjoni għall-​istruzzjoni mill-​Kelma t’Alla. (Lhud 2:1; 10:​24, 25) U minflok toqgħod tfittex il-​pjaċiri offruti minn din id-​dinja moralment baxxa, agħmilha l-​mira tiegħek li żżomm ministeru produttiv. Dan hu li jġib ferħ u sodisfazzjon dejjiema. (1 Tess. 2:​19, 20) Fl-​aħħar mill-​aħħar, tħalli lil ħadd u xejn ifixklek mis-​servizz sagru tiegħek. “Żommu sħiħ, titħarrkux; ħabirku dejjem fil-​ħidma tal-​Mulej. Kunu afu li l-​ħidma tagħkom fil-​Mulej m’hijiex għalxejn.”—1 Kor. 15:58.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja