LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/96 p. 3
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 1/96 p. 3

Avviżi

◼ Letteratura li trid tintuża matul Jannar: Il-​Verità Li Twassal Għal Ħajja Eterna. Frar: Il-​Ktieb Tiegħi Taʼ Stejjer Mill-​Bibbja. Marzu: Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art. April: Kopji individwali kemm taʼ It-​Torri Taʼ L-​Għassa, kemm taʼ The Watchtower u kemm taʼ l-​Awake!

◼ Il-​Kongregazzjonijiet għandhom jagħmlu arranġamenti konvenjenti biex jiċċelebraw il-​Mafkar din is-​sena nhar it-​Tlieta, 2 t’April, wara nżul ix-​xemx. Għalkemm huwa mixtieq li kull kongregazzjoni jkollha ċ-​ċelebrazzjoni tal-​Mafkar tagħha stess, dan mhux dejjem jistaʼ jkun possibbli. Fejn numru taʼ kongregazzjonijiet normalment jużaw l-​istess Sala tas-​Saltna, forsi kongregazzjoni waħda jew iktar jistgħu jiksbu l-​użu taʼ faċilità oħra għal dik il-​lejla. Il-​Mafkar m’għandux jibda daqshekk tard li wħud ġodda interessati jsibu li huwa inkonvenjenti li jattendu. Barra minn hekk, l-​iskeda m’għandhiex tkun daqshekk stretta li ma jkunx hemm ħin qabel u wara ċ-​ċelebrazzjoni biex nilqgħu viżitaturi, nagħmlu arranġamenti għal iktar assistenza spiritwali għal xi wħud, jew ingawdu tibdil ġenerali taʼ inkuraġġiment. Wara li jikkunsidraw bir-​reqqa l-​fatturi kollha, l-​anzjani għandhom jiddeċiedu liema arranġamenti se jgħinu l-​aħjar lil dawk li jattendu l-​Mafkar biex jibbenefikaw bis-​sħiħ mill-​okkażjoni.

◼ It-​taħdita pubblika speċjali għall-​istaġun tal-​Mafkar 1996 se tingħata l-​Ħadd, 21 t’April. Is-​suġġett tat-​taħdita se jkun “Nibqgħu Bla Tebgħa Fost Ġenerazzjoni Mgħawġa.” Se jiġi pprovdut outline. Jekk taħbat iż-​żjara taʼ l-​indokratur tas-​serkit jew assemblea tas-​serkit f’dik il-​ġimgħa, allura jekk jogħġbok irranġa biex it-​taħdita speċjali ssir il-​ġimgħa taʼ wara.

◼ B’seħħ minn Frar, u mhux iktar tard mit-​3 taʼ Marzu, it-​taħdita pubblika ġdida għall-​indokraturi tas-​serkit se tkun “Kongregazzjoni Leali Taħt It-​Tmexxija Taʼ Kristu.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja