Laqgħat tas-Servizz għal Jannar
Ġimgħa Li Tibda 1 Taʼ Jannar
7 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru Tas-Saltna.
13 min: “Kampanja Speċjali Bil-Ktieb Il-Verità.” Iddiskuti l-punti prinċipali, u agħmel turija jew tnejn. Intervista lil xi pubblikatur li sar jaf il-verità permezz taʼ studju bil-ktieb Il-Verità.
25 min: L-indokratur Tas-Servizz Jiddiskuti Il-Ministeru Taʼ Studji Tal-Bibbja Fid-Djar. Kemm hemm studji kondotti fil-kongregazzjoni? Stieden lill-udjenza biex tispjega l-problemi li jiffaċċjaw f’li jibdew studji ġodda tal-Bibbja fid-djar. X’suġġerimenti joffru huma? Il-pubblikaturi jiltaqgħu maʼ liema problemi f’li jżommu l-istudji għaddejjin wara l-ewwel ftit ġimgħat? Ikseb suġġerimenti mingħand dawk li kellhom suċċess. Enfasizza l-mira taʼ ‘li nagħmlu dixxipli’ li jinvolvi li jiġu kondotti studji progressivi tal-Bibbja fid-djar.—Matt. 28:19, 20.
Għanja 28 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 8 Taʼ Jannar
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet. Agħti ħajr xieraq għall-appoġġ finanzjarju lix-xogħol lokali u madwar id-dinja biex tiġi mxandra l-aħbar tajba.
15 min: Il-Valur Protettiv Tal-Biljett Taʼ Direttiva Medika Bil-Quddiem/Li Jeħles Lit-Tobba. Anzjan jiddiskuti mal-kongregazzjoni l-importanza taʼ li kull individwu jimla sew il-biljett taʼ Direttiva Medika Bil-Quddiem u li jġorru miegħu l-ħin kollu u l-bżonn li t-tfal ikollhom dejjem magħhom il-Biljett taʼ l-Identità. Kif jagħti x’jifhem it-titlu tal-biljett, dan jipprovdi avviż bil-quddiem taʼ x’inhu mixtieq (jew x’m’huwiex mixtieq) fejn tidħol kura medika. Dan għala jsir kull sena? Biljett riċenti huwa iktar persważiv minn wieħed li jistaʼ jiġi meqjus bħala skadut jew li m’għadux jirrifletti t-twemmin taʼ dak li jkun. Id-dokument jitkellem għalik jekk int ma tistax titkellem għalik innifsek. Biljetti sejrin jitqassmu l-lejla. Għandhom jiġu mimlijin b’mod għaqli d-dar, imma m’għandhomx jiġu ffirmati. Bħalma diġà sar f’dawn l-aħħar sentejn, l-iffirmar tiegħek u tax-xhieda se jsir fil-postijiet fejn isir l-Istudju tal-Ktieb fil-Kongregazzjoni, taħt il-ħarsien taʼ dawk li jikkonduċu l-istudju tal-ktieb. Dawk li jiffirmaw bħala xhieda għandhom attwalment jaraw lil sid il-biljett jiffirma d-dokument. Dan għandu jseħħ wara l-istudju tal-ktieb matul il-ġimgħa tal-15 taʼ Jannar. (Ara paġna 2 taʼ l-Our Kingdom Ministry taʼ Jannar 1994 għal dettalji dwar il-proċedura. Ara wkoll l-ittra taʼ 1 taʼ Novembru, 1991.) Il-pubblikaturi mgħammdin kollha jistgħu jimlew il-biljett taʼ Direttiva Medika Bil-Quddiem/Li Jeħles Lit-Tobba. Pubblikaturi m’humiex mgħammdin, billi jaddattaw il-lingwaġġ minn dan il-biljett skond iċ-ċirkostanzi u t-twemmin tagħhom, jistgħu jiktbu d-direttiva tagħhom. Il-ġenituri jistgħu jgħinu lil uliedhom li m’humiex mgħammdin biex jimlew il-Biljett taʼ l-Identità.
20 min: “Kunu Wħud Li Tagħmlu—Mhux Semmiegħa Biss.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Skond ma jippermetti l-ħin, iddiskuti dwar l-importanza taʼ l-ubbidjenza, ibbażata fuq il-ktieb Insight, it-2 Volum, paġna 521, paragrafi 1 u 2.
Għanja 70 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 15 Taʼ Jannar
12 min: Avviżi lokali. Iddiskuti fil-qosor il-problema li dejjem tikber taʼ nies li ma jkunux id-dar. Ħeġġeġ lill-pubblikaturi biex jagħmlu tajjeb għall-ħin billi jieħdu l-inizjattiva u jkellmu lin-nies li jkunu għaddejjin, weqfin fuq il-bankina, jew bil-qiegħda fil-karozzi.
15 min: Bżonnijiet lokali. (Jew “Guard Your Sense of Urgency,” taħdita bbażata fuq il-Watchtower, taʼ l-1 t’Ottubru, 1995, paġni 25-8.)
18 min: “Ktejjeb Ġdid Bil-Malti Għall-Ministeru Taʼ L-Għalqa.” Diskussjoni b’mistoqsija u tweġiba, billi tindika l-benefiċċji taʼ din il-pubblikazzjoni ġdida. Uri kif wieħed jistaʼ juża l-ktejjeb f’xi sitwazzjoni jew tnejn imsemmijin f’paragrafu 6.
Għanja 156 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 22 Taʼ Jannar
10 min: Avviżi lokali.
17 min: “Nibbenefikaw Mill-Iskola Tal-Ministeru Teokratiku Għall-1996.” Taħdita mill-indokratur taʼ l-iskola. Irrevedi d-direttivi pprovduti għall-inkarigi taʼ l-istudent fl-Istruzzjonijiet taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku, li dehru fl-Our Kingdom Ministry t’Ottubru 1995.
18 min: “Tkellem Bi Qlubija.” Taħdita u diskussjoni li għandha tingħata minn anzjan. Ara x’arranġamenti lokali hemm għas-servizz nhar taʼ Ħadd. Agħti ħajr għall-appoġġ tajjeb, u offri suġġerimenti fejn hemm bżonn titjib.
Għanja 92 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 29 Taʼ Jannar
10 min: Avviżi lokali.
15 min: Għoti Taʼ Xiehda Matul Temp Qalil. Ħafna jridu jħabbtu wiċċhom maʼ kesħa jew xita matul ix-xhur tax-xitwa. Grupp taʼ tlieta jew erbaʼ pubblikaturi jiddiskutu kif huma jirnexxilhom jieħdu sehem tajjeb fil-ministeru minkejja l-maltemp. Xi wħud jagħmlu laqgħat għas-servizz fit-territorju biex inaqqsu ġiri żejjed. Xi wħud iħallu bini t’appartamenti għal ġranet taʼ maltemp. Qassmu x-xogħol minn dar għal dar bi ftit żjajjar lura. Ilbsu ħwejjeġ addattati biex tibqgħu sħan u ma tixxarbux. Użaw it-telefon jew iktbu l-ittri meta m’huwiex għaqli li toħroġ barra. Iddiskuti xi ideat oħrajn li sibt li huma prattiċi fl-inħawi tiegħek.
20 min: Offri Il-Ktieb Tiegħi Taʼ Stejjer Mill-Bibbja Matul Frar. Spjega kif il-ktieb għandu jolqot lin-nies li jħobbu lil Alla u li għandhom xewqa li jifhmu xi ftit mill-informazzjoni bażika li tinsab fil-Bibbja. Iġbed l-attenzjoni lejn it-titlu taʼ xi kapitli li jistgħu jolqtu lin-nies. Uri xi ftit mill-istampi. Fakkar lil kulħadd biex jiġbor kopji għall-użu fis-servizz fi tmiem il-ġimgħa.
Għanja 143 u talba taʼ l-għeluq.