Nibbenefikaw Mill-Iskola Tal-Ministeru Teokratiku Għall-1996
1 Qrajthom int l-istruzzjonijiet ipprovduti maʼ l-“Iskeda Taʼ L-Iskola Tal-Ministeru Teokratiku Għall-1996”? Tajt kas taʼ xi tibdiliet? Minn Jannar s’April, Inkarigu Nru. 3 se jkun ibbażat fuq il-ktieb Reasoning, u minn Mejju sa Diċembru, se jkun ibbażat fuq il-ktieb li għadu kemm ħareġ Għarfien. Inkarigu Nru. 4 se jkun taħdita dwar karattru Bibliku differenti kull ġimgħa.
2 Inkarigi Taʼ L-Istudent: Inkarigu Nru. 3 huwa mogħti lil oħt. Meta huwa bbażat fuq il-ktieb Reasoning, is-setting għandu jinvolvi għoti taʼ xiehda minn dar għal dar jew informali. Meta bbażat fuq il-ktieb Għarfien, għandu jiġi ppreżentat bħala żjara lura jew studju tal-Bibbja fid-dar. Dan għandu jkun t’għajnuna kbira, peress li l-ktieb Għarfien se jkun użat b’mod estensiv biex isiru studji tal-Bibbja fid-djar.
3 Jekk is-setting huwa studju tal-Bibbja fid-dar, iż-żewġt aħwa nisa jistgħu jpoġġu bil-qiegħda. Idħol direttament fl-istudju billi tagħmel xi kummenti qosra taʼ introduzzjoni, u mbagħad staqsi l-mistoqsija mniżżla. L-irwol taʼ l-inkwilina għandu jintlagħab b’mod realistiku. L-iskritturi ċċitati jistgħu jiġu mfittxijin u moqrijin skond ma jippermetti l-ħin. L-oħt għandha tuża l-arti tat-tagħlim biex l-inkwilina tgħid x’hemm f’qalbha permezz taʼ mistoqsijiet u raġunar fuq l-iskritturi wżati.
4 X’għandu jsir jekk hemm iktar skritturi ċċitati fl-inkarigu milli jistgħu jiġu diskussi f’ħames minuti? Agħżel it-testi tal-qofol li jitfgħu dawl fuq il-punti prinċipali. Jekk hemm biss ftit skritturi, il-punti prinċipali fil-lezzjoni jistgħu jiġu diskussi b’mod iktar estensiv. Xi kultant, paragrafu jew sentenza mill-ktieb jistgħu jiġu moqrijin u mbagħad diskussi maʼ l-inkwilina.
5 Il-kaxxa intitolata “Ittestja L-Għarfien Tiegħek,” li tinsab fit-tmiem taʼ kull kapitlu tal-ktieb Għarfien, tistaʼ tiġi mgħoddija fil-qosor mill-pubblikatriċi li l-inkarigu tagħha jkun ikopri l-aħħar paragrafu tal-kapitlu. Kaxxi bl-informazzjoni li jaqgħu taħt il-paragrafi magħżulin jistgħu jiġu diskussi wkoll skond ma jippermetti l-ħin. Jekk kaxxa bl-informazzjoni tinzerta bejn żewġ inkarigi, l-oħt li jkollha l-ewwel inkarigu tistaʼ tikkunsidraha. Kummenti fuq stampi fil-ktieb jistgħu jsiru skond fejn japplikaw għall-materjal li qiegħed jiġi kkunsidrat.
6 Inkarigu Nru. 4 għandu jkun verament interessanti u prattiku. Kull ġimgħa se jiġi kkunsidrat eżempju taʼ wieħed li għex veru—karattru Bibliku. Studja bil-għaqal dak li l-Insight, l-I Volum, għandu x’jgħid dwar il-karattru Bibliku magħżul. Iżviluppa t-taħdita madwar it-tema, u agħżel testi Bibliċi tal-qofol li se jgħinu lill-udjenza biex tiffoka fuq il-karattru Bibliku u l-personalità tiegħu, inklużi karatteristiċi, kwalitajiet, jew inklinazzjonijiet li aħna rridu nimitaw jew inkella niċħdu. Skritturi li m’għandhomx x’jaqsmu direttament mal-karattru Bibliku jistgħu jiġu inklużi jekk jitfgħu dawl fuq kif Jehovah iħares lejn ċerti kwalitajiet tajbin jew ħżiena jew jekk għandhom x’jaqsmu mat-tema tat-taħdita.
7 Jekk nieħdu vantaġġ sħiħ mit-taħriġ ipprovdut fl-iskola, inkunu nistgħu “nippridkaw il-kelma” aħjar b’mod li juri “l-arti tat-tagħlim” mill-aħjar.—2 Tim. 4:2.