Skola li Tħejjina għal Dak li Hu l-Iktar Importanti fil-Ħajja
1 In-nies imorru l-iskola biex jieħdu istruzzjoni li tgħinhom jilħqu l-miri tagħhom fil-ħajja. Iżda, liema mira tistaʼ tkun iktar importanti milli tfaħħar lill-istess Donatur tal-ħajja u tgħin lil oħrajn jitgħallmu dwar l-iskopijiet u l-mogħdijiet tiegħu? L-ebda waħda. L-iskop taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku huwa li tħejjina biex ngħallmu t-twemmin tagħna lil oħrajn. B’hekk, waqt li nattendu l-iskola kull ġimgħa, inkunu qed niksbu kapaċitajiet li jħejjuna għall-attivitajiet l-iktar importanti fil-ħajja.
2 L-“Iskeda taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-2003” ġiet provduta fil-ħarġa tal-Ministeru tas-Saltna tax-xahar l-ieħor. L-iskeda fiha dettalji dwar kif se titmexxa l-iskola. Forsi jkun prattiku li żżomm l-iskeda fil-kopja tiegħek tal-ktieb Benefit From Theocratic Ministry School Education (Ibbenefika mill-Edukazzjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku), li għandek iġġibu miegħek kull ġimgħa għall-Iskola tal-Ministeru Teokratiku. Ikkunsidra xi ftit mill-karatteristiċi taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-2003.
3 Kwalità tad-diskors: B’seħħ minn Jannar, kull laqgħa se tibda b’taħdita taʼ ħames minuti dwar xi kwalità tad-diskors jew xi aspett tal-qari, taʼ l-istudju, jew tat-tagħlim. L-indokratur taʼ l-iskola se jippreżenta dawn id-diskussjonijiet tal-ftuħ, jew għandu mnejn jaħtar anzjan kwalifikat ieħor biex jagħti din it-taħdita. Il-kelliemi jistaʼ jiddiskuti d-definizzjoni u l-importanza tal-kwalità tad-diskors. Imbagħad, hu għandu jidħol iktar fid-dettall tal-materjal billi jiddiskuti eżempji Skritturali u juri kif tistaʼ tintuża din il-kwalità, waqt li jitfaʼ attenzjoni partikulari fuq kif dan jistaʼ jsebbaħ il-ministeru tagħna taʼ l-għalqa.
4 Inkarigu Nru. 1: L-aħwa li jingħataw it-taħdita taʼ istruzzjoni għal darb’oħra jiġu mwissijin biex “jiffokaw l-attenzjoni fuq il-valur prattiku taʼ l-informazzjoni li tkun qed tiġi diskussa.” Dan ifisser li juru lill-kongregazzjoni kif tagħmel użu mill-informazzjoni. Jekk tingħata dan l-inkarigu, iċċekkja paġni 48-9 tal-ktieb Ministry School għal suġġerimenti dwar kif tipprepara, u studja r-referenzi li jidhru fl-indiċi tal-ktieb taħt “Practical application” (Applikazzjoni prattika).
5 Skeda taʼ Qari tal-Bibbja: Jekk fl-imgħoddi ma kienx qed jirnexxilek tlaħħaq mal-qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa, għala ma tkunx determinat li żżomm maʼ l-iskeda din is-sena? Dawk li jagħmlu dan se jaqraw l-Iskrittura Griega Kristjana kollha sa l-aħħar tas-sena. Il-benefiċċji li tibda programm taʼ qari tal-Bibbja bl-Iskrittura Griega Kristjana huma diskussi f’paġna 10, paragrafu 4, tal-ktieb Ministry School.
6 Punti Prinċipali mill-Qari tal-Bibbja: Din il-parti ttawlet għal għaxar minuti sabiex l-udjenza tkun tistaʼ toffri kummenti fuq il-qari tal-ġimgħa. Min jingħata din it-taħdita għandu jżomm mal-ħin stipulat. Se tiġi preżentata kull ġimgħa, inkluż fil-ġimgħa tar-reviżjoni orali. Meta tkun qed taqra l-kapitli li jkun imiss, fittex punti li huma taʼ benefiċċju għalik fl-istudju tal-familja, fil-ministeru, jew fil-ħajja tiegħek taʼ kuljum. Liema kwalitajiet taʼ Jehovah intwerew meta ttratta maʼ nies u ġnus? X’tgħallimt li saħħaħlek il-fidi tiegħek u kabbar l-apprezzament tiegħek għal Jehovah? Tistaʼ tikkummenta fuq kwalunkwe punt fil-kapitli li jkun imiss, anki minn xi versi li jkunu se jinqraw fl-Inkarigu Nru. 2, peress li l-ħu li jkun se jieħu ħsieb il-qari mhux se jikkummenta fuq il-versi.
7 Inkarigu Nru. 2: L-ewwel inkarigu taʼ l-istudenti kull ġimgħa se jkun eżerċizzju fil-qari pubbliku. Il-qari kollu taʼ kull xahar minbarra l-aħħar wieħed jittieħed mill-qari tal-Bibbja għal dik il-ġimgħa. L-aħħar qari tax-xahar se jittieħed minn It-Torri taʼ l-Għassa. L-istudent għandu jaqra l-materjal li jkollu mingħajr ma jagħmel introduzzjoni jew konklużjoni. B’dan il-mod, hu jistaʼ jiffoka l-attenzjoni ewlenija tiegħu fuq l-abbiltà tiegħu fil-qari.—1 Tim. 4:13.
8 Inkarigi Nru. 3 u Nru. 4: Xi ftit minn dawn l-inkarigi għandhom informazzjoni bħala sors mill-ktieb Reasoning iktar minn oħrajn; xi ftit għandhom biss it-tema. Dawk li jingħataw inkarigi b’materjal bħala sors limitat jew jingħataw biss it-tema se jkollhom l-opportunità jiżviluppaw il-preżentazzjonijiet tagħhom billi jagħmlu riċerka fil-pubblikazzjonijiet Kristjani tagħna. Dan jistaʼ jagħmilha eħfef għall-aħwa nisa li jaddattaw il-kummenti tagħhom għall-assistenti tagħhom.
9 Is-Setting: Kif inhu indikat f’paġna 45 tal-ktieb Ministry School, l-indokratur taʼ l-iskola għandu mnejn jindika x’setting għandu jintgħażel. Jekk ma jagħmilx dan, l-aħwa nisa jistgħu jagħżlu setting mil-lista f’paġna 82. Jekk oħt tagħti taħdita kull xahrejn, it-30 setting se jipprovdu biżżejjed varjetà biex iservu għal ħames snin. L-aħwa nisa li jagħżlu Nru. 30, jiġifieri, “Another setting appropriate to your area,” (Setting ieħor addattat għal fejn toqgħod) għandhom jiktbu s-setting fit-tarf jew fuq wara tal-karta taʼ l-inkarigu (S-89). L-indokratur taʼ l-iskola jikteb id-data tat-taħdita taʼ l-istudenta f’paġna 82 tal-ktieb tagħha maġenb is-setting li tkun għażlet. Jistaʼ jagħmel dan fl-istess ħin li jimmarka l-formola tal-pariri taʼ l-istudenta.
10 Formola tal-Pariri: Il-formola tal-pariri tinsab fil-ktieb stess. Din tidher f’paġni 79-81. Għalhekk, int trid tippreżenta l-ktieb tiegħek lill-indokratur taʼ l-iskola wara kull taħdita li tagħti. L-indokratur taʼ l-iskola jkollu bżonn iżomm bil-miktub il-punti tal-pariri li jkunu qed jaħdmu fuqhom l-istudenti.
11 Reviżjoni Orali: Ir-reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku ssir oralment. Tinżamm darba kull xahrejn u ddum 30 minuta. Il-mistoqsijiet li jkunu se jiġu kunsidrati fir-reviżjoni se jkomplu jidhru fil-Ministeru tas-Saltna. Jekk il-ġimgħa tar-reviżjoni orali tinzerta mal-ġimgħa taʼ l-assemblea tas-circuit jew maż-żjara taʼ l-indokratur tas-circuit, allura t-taħditiet tal-ġimgħa taʼ wara għandhom jingħataw ġimgħa qabel u r-reviżjoni orali titressaq għall-ġimgħa taʼ wara.
12 Klassijiet Awżiljarji: F’kongregazzjonijiet fejn l-iskola fiha iktar minn 50 student, l-anzjani għandhom mnejn jikkunsidraw l-użu taʼ klassijiet awżiljarji. “Dan l-arranġament jistaʼ jintuża għall-preżentazzjonijiet kollha taʼ l-istudenti jew għall-aħħar tnejn biss.” (Ministry School, pġ. 285) Dan is-suġġeriment taʼ l-aħħar sar biex jgħin lill-kongregazzjonijiet li fihom hemm ħafna aħwa nisa imma ftit aħwa rġiel li jistgħu jingħataw l-inkarigi tal-qari. L-anzjani għandhom jagħżlu aħwa kwalifikati biex jikkonduċu dawn il-klassijiet.
13 Ajjutant li Jagħti l-Pariri: Bħalma hu indikat fl-iskeda taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku, il-ġemgħa taʼ l-anzjani għandha taħtar ajjutant li jagħti l-pariri biex joffri pariri fil-privat lill-anzjani u lill-qaddejja ministerjali li jippreżentaw il-punti prinċipali mill-Bibbja u jagħtu t-taħdita taʼ istruzzjoni. Il-ħu li jiġi inkarigat jagħmel dan għandu jkun taʼ l-esperjenza, u li l-pariri tiegħu jiġu rispettati mill-anzjani l-oħrajn. Il-pariri tiegħu għandhom ikunu pożittivi. Għandu jfaħħar metodi tajbin taʼ kif wieħed jitkellem u jgħallem u jirrikkmanda xi punt jew tnejn fejn jistaʼ jsir titjib. M’hemmx għalfejn jingħataw pariri wara kull taħdita li jagħti xi ħu li jkollu taħditiet spiss. Madankollu, il-ħu li jinħatar biex jagħti dawn il-pariri jrid juri dehen u japprezza li anki l-aħwa li llum jagħtu taħditiet pubbliċi jistgħu jiġu megħjuna jagħmlu iktar progress.—1 Tim. 4:15.
14 Dak li Għandu Joqgħod Attent Għalih: X’jistaʼ jgħin lil min jagħti l-pariri biex janalizza preżentazzjoni taʼ taħdita? It-tielet kaxxa li tinsab fil-biċċa l-kbira mit-53 kapitlu nnumerati tal-ktieb Ministry School fiha ġabra fil-qosor taʼ dak li għandu joqgħod attent għalih. L-indokratur taʼ l-iskola għandu jagħti kas ukoll taʼ tfakkiriet jew suġġerimenti oħrajn fil-ktieb li se jgħinuh jiddetermina malajr kemm il-materjal ikun ġie żviluppat b’mod koerenti u preżentat b’mod effettiv. Per eżempju, innota s-serje taʼ mistoqsijiet li hemm fil-bidu taʼ paġna 55 u l-ideat fl-aħħar paragrafu f’paġna 163.
15 Imla l-Vojt: Minbarra l-marġni wesgħin, il-ktieb Ministry School għandu għadd taʼ spazji vojta mfasslin biex int tkun tistaʼ żżid xi noti waqt li tkun qed tagħmel l-istudju persunali u meta tattendi l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku. (Ara paġni 77, 92, 165, 243, 246, u 250.) Qis li ġġib il-ktieb miegħek kull ġimgħa. Segwi minn fuq il-ktieb matul it-taħdita tal-bidu. Żomm il-ktieb miftuħ matul il-kumplament taʼ l-iskola. Agħti kas is-suġġerimenti li jsiru mill-indokratur taʼ l-iskola. Oqgħod attent għall-metodi taʼ tagħlim, il-mistoqsijiet, l-eżempji, il-figuri tat-taħdit, it-tixbihat, l-użu taʼ xi stampi u affarijiet simili, u l-kuntrasti li jintużaw mill-kelliema. Bin-noti utli li tieħu, se tkun tistaʼ tiftakar u tuża l-ħafna punti eċċellenti li tkun ksibt mill-iskola.
16 Ġesù Kristu kien jaf li l-ippridkar taʼ l-aħbar tajba tas-Saltna t’Alla huwa l-aqwa privileġġ li jistaʼ jiġi offrut lil xi ħadd. Dan kien l-inkarigu ewlieni tiegħu. (Mark 1:38) Hu qal: “Jeħtieġli nxandar l-Evanġelju tas-Saltna taʼ Alla lill-ibliet l-oħra wkoll, għax għalhekk kont mibgħut.” (Luqa 4:43) Bħala dawk li aċċettajna l-istedina biex insegwuh, aħna wkoll okkupati ħafna bl-ippridkar taʼ l-aħbar tajba, u dejjem nistinkaw biex intejbu l-kwalità tas-‘sagrifiċċju tagħna taʼ tifħir.’ (Lhud 13:15) Għal dan l-għan, jalla nkunu determinati li nipparteċipaw regolarment fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku, skola li tgħinna nitħejjew għal dak li hu l-iktar importanti fil-ħajja.