LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/96 p. 1
  • Kunu Wħud Li Tagħmlu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kunu Wħud Li Tagħmlu
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Materjal Simili
  • “Dawk li Jagħmlu l-Kelma” Mimlijin Ferħ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Dawk li Jagħmlu Dak li Tgħid il-Kelma t’Alla Jsibu l-Hena
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • “Għixu fi Qbil mal-Kelma”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Faħħar lil Ġeħova Kuljum
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 1/96 p. 1

Kunu Wħud Li Tagħmlu

​—Mhux Semmiegħa Biss

1 Il-​Kristjani veri llum idaħħlu f’qalbhom il-​parir tal-​Bibbja biex ikunu wħud li jagħmlu l-​kelma, mhux jisimgħuha biss. (Ġak. 1:22) Dan ipoġġihom f’kuntrast qawwi maʼ dawk li, għalkemm jgħidu li huma Kristjani, jagħtu lil Alla servizz bix-​xofftejn biss. (Isa. 29:13) Ġesù stqarr b’mod ċar li dawk biss li qegħdin jagħmlu r-​rieda t’Alla se jsalvaw.​—Matt. 7:21.

2 Qima mingħajr xogħlijiet kif irid Alla ma tfisser xejn. (Ġak. 2:26) Mela aħna rridu nistaqsu lilna nfusna, ‘Ix-​xogħlijiet tiegħi kif jagħtu prova li l-​fidi tiegħi hija ġenwina? X’juri li jien verament ngħix fi qbil maʼ dak li nemmen? Kif nistaʼ nimita lil Ġesù iktar bis-​sħiħ?’ Tweġibiet sinċieri għal dawn il-​mistoqsijiet se jgħinuna naraw xi progress għamilna jew għad baqgħalna x’nagħmlu f’li nwettqu r-​rieda t’Alla.

3 Bħala segwaċi fil-​passi taʼ Ġesù, irid ikollna l-​istess mira primarja fil-​ħajja bħal dik espressa mis-​salmista: “F’Alla aħna se noffru tifħir il-​jum kollu, u għal żmien indefinit lil ismek se nfaħħru.” (Salm 44:8) Il-​Kristjanità hija mod taʼ ħajja li turi lilha nfisha kuljum u f’kull ħaġa li nagħmlu. X’sodisfazzjon insibu hekk kif nuru fl-​attivitajiet kollha tagħna x-​xewqa mill-​qalb li nfaħħru lil Jehovah!​—Fil. 1:11.

4 Li Nfaħħru Lil Jehovah Jinvolvi Iktar Milli Ngħixu Ħajja Retta: Li kieku kondotta tajba kienet dak kollu li Alla jeħtieġ, konna sempliċement nikkonċentraw f’li nirfinaw il-​personalità tagħna. Madankollu, il-​qima tagħna tinvolvi wkoll li niddikjaraw barra l-​pajjiż l-​eċċellenzi taʼ Jehovah u li nagħmlu dikjarazzjoni pubblika għal ismu!​—Eb. 13:15; 1 Piet. 2:9.

5 L-​ippridkar pubbliku taʼ l-​aħbar tajba huwa wieħed mill-​iktar xogħlijiet importanti li nwettqu. Ġesù ddedika lilu nnifsu għal dan ix-​xogħol għax kien jaf li dan kien ifisser ħajja taʼ dejjem għal dawk li kienu se jagħtu widen. (Ġwann 17:3) Illum il-​“ministeru tal-​kelma” m’hu xejn inqas importanti; huwa l-​uniku mezz li bih in-​nies jistgħu jiġu salvati. (Atti 6:4; Rum. 10:13) Billi nirrealizzaw x’benefiċċji hemm li jeffettwaw lil ħafna, nistgħu napprezzaw għala Pawlu widdibna biex ‘nippridkaw il-​kelma,’ u biex ‘inkunu qegħdin nagħmlu dan b’urġenza.’​—2 Tim. 4:2.

6 Sa liema punt għandu t-​tifħir lil Jehovah jokkupa l-​ħajjiet tagħna? Is-​salmista qal li dan kien f’moħħu l-​ġurnata kollha. Ma nħossuniex aħna hekk? Iva, u aħna se nħarsu lejn kull kuntatt maʼ persuna oħra bħala okkażjoni potenzjali biex nitkellmu dwar l-​isem taʼ Jehovah. Se nfittxu opportunitajiet addattati biex nidderieġu l-​konversazzjoni tagħna lejn affarijiet spiritwali. Se nagħmlu wkoll ħilitna biex nieħdu sehem regolarment fl-​attivitajiet tas-​servizz taʼ l-​għalqa organizzati mill-​kongregazzjoni. Dawk li ċ-​ċirkostanzi tagħhom jippermettu jistgħu jikkunsidraw bis-​serjetà s-​servizz taʼ pijunier, għax dan jgħinna biex inpoġġu x-​xogħol taʼ l-​ippridkar fuq quddiem fil-​ħajja tagħna kuljum. Il-​Kelma t’Alla tassigurana li billi nkunu wħud li b’mod persistenti nagħmlu r-​rieda t’Alla, se nkunu henjin.​—Ġak. 1:25.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja