Għanja 200
Prova taʼ Min Hu Dixxiplu
1. Mill-imħabba lejn xulxin
Il-Kristjani magħrufin.
Kristu wrieha b’mod perfett
B’lealtà sal-aħħarnett.
Imħabba hekk fejn se ssib,
Fejn kull wieħed hu ħabib?
Lesti jmutu għal xulxin
Għaliex tassew maħbubin.
2. Ħobb bi prinċipju tas-sew,
Mhux lil ftit, bil-kbir u sew.
Mħabba rikka w bnina wisq,
Tfittex illi ġġib ir-riżq.
Ġesù ta dan il-kmand ġdid,
Li nagħtu lkoll daqqa t’id.
Ngħinu n-nies jibqgħu ħajjin
B’mottiv tajjeb u ġenwin.
3. L-imħabba tfittex is-sew;
Tara li l-aħwa jinbnew.
Jekk int tħobb se tkun ħanin;
’L ħutek tqishom li tajbin.
B’din l-imħabba jidher ċar
Kemm tant ġid minn Alla far
B’Ibnu li mibgħut minn fuq.
Alla jħobb lil kull maħluq!