Kampanja Speċjali Bil-Ktieb Il-Verità
1 B’daqstant pubblikazzjonijiet ġodda bil-Malti li ħerġin wieħed wara l-ieħor, Jannar se jkun opportunità eċċellenti biex tiġi mqassma l-ħażna li għad fadal tal-ktieb Il-Verità Li Twassal Għal Ħajja Eterna. Dan kien il-ktieb bażiku għal studju li għen lil ħafna mill-aħwa f’Malta biex jaslu għal għarfien eżatt tal-verità. Għadu jistaʼ jaqdi skop utli jekk inwassluh f’idejn persuni interessati.
2 X’nistgħu ngħidu? Kif nistgħu nintroduċu l-ktieb u mbagħad inqiegħdu l-pedament għal studju tal-Bibbja fid-dar? Tistaʼ forsi ddur għall-paġna taʼ Introduzzjonijiet fil-ktejjeb il-ġdid Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-Bibbja. Għala ma tipprovax iż-żewġ suġġerimenti li għandhom x’jaqsmu mal-ħarsa tagħna lejn il-ħajja.
◼ “Qegħdin inżuru lill-ġirien tagħna biex insibu nies li huma kkonċernati profondament dwar it-tifsira tal-ħajja. Il-biċċa l-kbira tan-nies jesperjenzaw xi ftit hena. Imma jiffaċċjaw ħafna problemi wkoll. Hekk kif nibdew nikbru nirrealizzaw li l-ħajja hija qasira ferm. Huwa dan dak kollu li l-ħajja għandha tkun? Kif tħossok int dwar dan? [Agħti ħin għal tweġiba.] (Ikkummenta dwar l-iskop oriġinali t’Alla kif rifless f’Għeden; imbagħad Ġwann 17:3 u Rivelazzjoni 21:3, 4.) Mela, għarfien huwa essenzjali biex wieħed jogħġob lil Alla. Nistaʼ nurik x’inhu mistqarr f’paġna 6, paragrafu 3 taʼ din il-pubblikazzjoni.” Aqra l-partijiet minn paragrafu 3. Jekk jidher li hemm xi ftit interess spjega x’inhu l-iskop tax-xogħol tagħna u offri li tħalli l-ktieb. Irranġa biex terġaʼ tgħaddi ħalli tiddiskuti iktar it-tama tal-Bibbja għall-futur.
3 Jew, għal varjetà fil-preżentazzjoni, forsi tixtieq tuża l-introduzzjoni ssuġġerita li jmiss.
◼ “Illum qegħdin nistaqsu lill-ġirien tagħna x’jaħsbu meta jaqraw fil-Bibbji tagħhom l-espressjoni ‘Ħajja taʼ dejjem.’ Huwa taʼ interess speċjali għax dik l-espressjoni tidher fil-Bibbja xi 40 darba. X’tistaʼ tfisser għalina ħajja bħal din? [Agħti ħin għal tweġiba.] Kif nistgħu niksbuha?” (Ġwann 17:3; Rivelazzjoni 21:3, 4) Imbagħad, jekk jidher li hemm xi interess, aqra minn paġna 6, paragrafu 3, bħal hawn fuq.
4 Il-biċċa l-kbira taʼ l-abitanti taʼ Malta ilhom fil-jasar taʼ Babilonja l-Kbira għal snin sħaħ. Kif ħassejtek int meta smajt il-verità dwar it-Trinità, l-Immortalità tar-Ruħ, il-Purgatorju, il-Ħajja fuq l-Art, eċċ.? Ma fraħtx li l-verità kienet ħelsitek? (Ġwann 8:32) Għala ma tiħux sehem f’li tgħin lil oħrajn igawdu l-istess libertà spiritwali? Ħalli nieħdu vantaġġ minn kull opportunità biex inħallu Il-Verità Li Twassal Għal Ħajja Eterna fid-djar sakemm isservi l-ħażna limitata.