Il-Bibbja—Il-Gwida T’Alla Għan-Nies Kollha
1 Huwa Stmat Li Erbaʼ Biljun Bibbja Ġew Stampati F’iktar Minn 2,100 Lingwa U Djalett, U B’hekk Il-kelma T’alla Saret Disponibbli Għal Iktar Minn 90 fil-mija Tal-popolazzjoni Taʼ L-art. Madankollu, Jeżisti Ġuħ fid-dinja “Għas-smigħ Tal-kelma Tal-mulej.” (Għam. 8:11) Ħafna Nies Li Għandhom Kopja Tal-bibbja Jew Ma Jaqrawhiex Jew Inkella Ma Jifhmux Dak Li fiha. Kif Nistgħu Nimmotivawhom Biex Jużaw Il-bibbja Bħala Gwida Prattika F’ħajjithom? Jirrealizzaw Huma Li Jekk Isegwu L-mod Taʼ Ħajja Taʼ Ġesù Se Jkollhom Ħajja Iktar Hienja?
2 F’diċembru Se Noffru L-ktieb L-aqwa Bniedem Li qatt Għex. Fejn Jinstab Xi Interess, Nistgħu Noffru Wkoll It-traduzzjoni Tal-bibbja Li Bbenefikajna Minnha għal Dawn L-aħħar 47 Sena—in-new World Translation. Dan Nistgħu Nagħmluh Billi Nuru l-kliem Ċar U Modern Li fiha. (Ara l-ktieb “All Scripture,” paġna 328, paragrafu 6.) Se Nuru L-apprezzament Ħerqan Tagħna Għal Din L-għotja mingħand jehovah Billi B’entużjażmu Ngħinu Lil Oħrajn Jaċċettaw Il-bibbja Bħala L-gwida T’alla Għan-nies Kollha.
3 Tistaʼ tintroduċi preżentazzjoni billi tuża l-fuljett “Għala Tistaʼ Tafda l-Bibbja.” Tistaʼ tgħid:
◼ “Avolja l-Bibbja hija disponibbli għal iktar minn 90 fil-mija tal-popolazzjoni tad-dinja, ftit nies jaqrawha regolarment. X’taħseb int li hija r-raġuni? [Aqra l-ewwel żewġ paragrafi tal-fuljett, flimkien mat-2 Timotju 3:16.] Taħseb int li lkoll nibbenefikaw jekk insiru iktar midħla tal-ħajja taʼ Kristu u nikkopjaw l-eżempju tiegħu?” Offri l-ktieb L-Aqwa Bniedem. Jekk il-ktieb jiġi aċċettat u l-inkwilin jistaqsi dwar il-prezz, semmi l-arranġament tad-donazzjoni. Jekk jiġi rrifjutat, itlob lill-inkwilin biex jaqra l-bqija tal-fuljett. Iġbed l-attenzjoni lejn l-aħħar sottitlu, “Tbassar il-Futur.”
4 Meta terġaʼ żżur lin-nies li tkun ħallejtilhom il-fuljett “Għala Tistaʼ Tafda l-Bibbja,” tistaʼ tipprova dan:
◼ Wara li terġaʼ tintroduċi lilek innifsek, aqra l-aħħar żewġ paragrafi tal-fuljett. Staqsi lill-inkwilin jekk qatt xi darba kkunsidrax il-possibbiltà li jgħix għal dejjem fuq l-art. Wara li jwieġeb, għid: “Ix-Xhieda taʼ Jehovah huma ċerti li l-profeziji kollha misjubin fil-Bibbja se jitwettqu, inklużi dawk li jbassru futur taʼ l-għaġeb għan-nies kollha li jilħqu l-ħtiġijiet t’Alla.” Urih l-istampa f’paġna 13 tal-brochure X’Jirrikjedi, mur lura f’lezzjoni 5, u offrilu li tiddiskutu t-tweġibiet għall-mistoqsijiet imniżżlin, u b’hekk tibda studju.
5 F’territorju fejn in-nies huma reliġjużi, tistaʼ tipprova dan il-metodu:
◼ “Qegħdin ninkuraġġixxu rispett akbar lejn il-Bibbja u ninkuraġġixxu lill-Kristjani biex isegwu mill-qrib l-eżempju taʼ Kristu Ġesù. Ħafna familji jistqarru li jemmnu f’Ġesù imma ma tantx jafu dwar ħajtu. Forsi għandhom Bibbja, imma rari jikkonsultawha meta jkollhom problemi serji. Innotajtu int dan? [Agħti ħin għal tweġiba.] Dan il-ktieb, L-Aqwa Bniedem Li Qatt Għex, jiddeskrivi b’mod ħaj u fid-dettall il-ħajja kollha taʼ Ġesù waqt li kien fuq l-art. Huwa rakkont li jżommlok l-interess u nistgħu nitgħallmu ħafna minnu llum.” Iġbed l-attenzjoni lejn xi ftit punti mis-sottitlu “Ibbenefika billi Titgħallem Dwaru” fil-kummenti tal-ftuħ, u mbagħad offrih.
6 Meta tirritorna fejn tkun ħallejt il-ktieb “L-Aqwa Bniedem,” tistaʼ tgħid:
◼ “L-aħħar li żortok, iddiskutejna dwar li jekk insegwu l-mod taʼ ħajja taʼ Ġesù, dan jgħin biex jissolvew ftit mill-problemi kumplessi tal-lum. Dawk li stinkaw biex jagħmlu hekk ġew megħjunin ukoll biex jgħixu ħajjiet iktar henjin u kuntenti. Innotajt xi ftit mill-istqarrijiet li hemm fil-kliem tal-ftuħ? [Iġbed l-attenzjoni taʼ l-inkwilin lejn l-ewwel erbaʼ paragrafi.] X’kien li għamel lil Ġesù daqshekk kbir?” Mur fis-sottitlu “X’Inhu Li Għamlu l-Aqwa Wieħed” u aqra ftit siltiet. Jekk jintwera xi interess, offri studju jew fil-ktieb Għarfien jew fil-brochure X’Jirrikjedi.
7 Il-preżentazzjoni li jmiss tistaʼ tolqot lil nies ixjeħ:
◼ “Kien hemm żmien fejn in-nies donnhom li kienu jgħixu iktar ħajjiet li jixbhu lil dik taʼ Kristu fl-imġiba tagħhom maʼ xulxin. Kontu hekk intom fil-familja tiegħek? [Agħti ħin għal tweġiba.] Illum il-ġurnata donnu li ħafna jħossu li dan il-mod taʼ ħajja m’huwiex realistiku f’din id-dinja moderna. Iħossu li l-prinċipji morali tiegħu huma antikwati. [Aqra u ikkummenta fuq l-aħħar tliet paragrafi tal-ktieb.] Jien nixtieq inħallilek dan il-ktieb sabiex tkun tistaʼ tikseb ftit minn dan l-għarfien li jagħti l-ħajja.”
8 Fiż-żjara lura, tistaʼ tgħid:
◼ “L-aħħar li tkellimna, qbilna li l-prinċipji morali tal-Bibbja qegħdin jiġu injorati fis-soċjetà tal-lum. Għandu dan in-nuqqas taʼ kas jikkonċernana? [Agħti ħin għal tweġiba.] Ġesù Kristu poġġa valur kbir fuq li nieħdu għarfien mill-Bibbja.” Aqra Ġwann 17:3. Imbagħad iddiskuti paragrafu 5 taʼ l-ewwel kapitlu fil-ktieb Għarfien. Spjega dwar il-programm tagħna taʼ studju tal-Bibbja b’xejn, u offrilu li turih kif isir.
9 Itlob biex Jehovah jbierek l-isforzi kollha tiegħek f’li tiġbed l-attenzjoni lejn il-Bibbja u l-ħajja eżemplari taʼ Ġesù—il-gwida t’Alla għan-nies kollha.