Kif Toffri l-Ktieb X’Tgħallem il-Bibbja?
Dan l-insert jinkludi varjetà taʼ suġġerimenti biex noffru l-ktieb X’Tgħallem il-Bibbja? Biex tkun l-iktar effettiv, poġġihom fi kliemek u adatta l-preżentazzjoni għan-nies fit-territorju tiegħek, u sir familjari maʼ punti speċifiċi fil-ktieb li jistgħu jintużaw bħala bażi għal diskussjoni fuq il-Bibbja. Preżentazzjonijiet oħra li huma prattiċi għat-territorju tiegħek jistgħu jintużaw ukoll.—Ara l-Ministeru tas-Saltna taʼ Jannar 2005, pġ. 8.
Alla Ġeħova
◼ “Ħafna nies li jemmnu f’Alla jixtiequ jħossuhom eqreb tiegħu. Kont taf li l-Bibbja tistidinna nersqu eqreb lejh? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Ġakbu 4:8a u paragrafu 20 f’paġna 16.] Din il-pubblikazzjoni tħejjiet biex tgħin lin-nies jitgħallmu iżjed dwar Alla billi jużaw il-kopja tagħhom stess tal-Bibbja.” Uri l-mistoqsijiet taʼ introduzzjoni f’paġna 8.
◼ “Ħafna nies jitolbu li jitqaddes l-isem t’Alla. Qatt ħsibt x’inhu dak l-isem? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Salm 83:19 (Salm 83:18, NW) u paragrafi 2-3 f’paġna 195.] Dan il-ktieb jispjega x’tgħallem verament il-Bibbja dwar Alla Ġeħova u l-iskop tiegħu għall-umanità.”
Armageddon
◼ “Meta n-nies jisimgħu bil-kelma ‘Armageddon,’ ħafna jaħsbu f’qerda tal-massa. Kont tistagħġeb kieku kellek tkun taf li Armageddon hi, fil-fatt, xi ħaġa li għandna nħarsu ’l quddiem għaliha? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Rivelazzjoni 16:14, 16.] Innota dan il-kumment dwar kif se tkun il-ħajja wara Armageddon.” Aqra paġni 82-4, u aqra paragrafu 21.
Il-Bibbja
◼ “In-nies taʼ spiss jirreferu għall-Bibbja bħala l-Kelma t’Alla. Qatt ħsibt dwar għala ktieb li kien miktub mill-bnedmin jistaʼ jissejjaħ, bix-xieraq, il-Kelma t’Alla? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra t-2 Pietru 1:21 u paragrafu 5 f’paġni 19-20.] Din il-pubblikazzjoni tagħti t-tweġibiet mill-Bibbja għal dawn il-mistoqsijiet.” Uri l-mistoqsijiet f’paġna 6.
◼ “Illum il-ġurnata, in-nies għandhom aċċess għal iżjed informazzjoni minn qatt qabel. Iżda fejn taħseb li nistgħu nsibu pariri għaqlin li jistgħu jgħinuna ngħixu ħajja ferħana u li tkun taʼ suċċess? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra t-2 Timotju 3:16, 17 u paragrafu 12 f’paġni 22-3.] Din il-pubblikazzjoni tispjega b’liema mod nistgħu ngħixu ħajja li togħġob lil Alla u li tkun taʼ benefiċċju għalina.” Uri t-tabella u l-istampa f’paġni 122-3.
Id-Djar
◼ “F’ħafna postijiet, li wieħed isib post adegwat fejn jgħix u li jkun raġunevoli fil-prezz sar iżjed diffiċli. Taħseb li xi darba se jkun hemm djar xierqa għal kulħadd? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Isaija 65:21, 22 u paragrafu 20 f’paġna 34.] Din il-pubblikazzjoni tispjega kif se titwettaq din il-wegħda minn Alla.
Il-Familja
◼ “Kollha kemm aħna interessati f’li jkollna ħajja tal-familja hienja. Taqbel int? [Agħti ċans għal tweġiba.] Il-Bibbja titkellem dwar xi ħaġa li kulħadd fil-familja jistaʼ jagħmel biex jikkontribwixxi għall-hena fil-familja—jimita lil Alla f’li juri mħabba.” Aqra Efesin 5:1, 2 u paragrafu 4 f’paġna 135.
Ġesù Kristu
◼ “Ħafna nies madwar id-dinja semgħu b’Ġesù Kristu. Xi wħud jgħidu li ma kien ħadd ħlief raġel li kien jispikka. Oħrajn jadurawh bħala Alla li Jistaʼ Kollox. Taħseb li huwa importanti x’nemmnu dwar Ġesù Kristu?” Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Ġwanni 17:3 u paragrafu 3 f’paġni 37-8. Idderieġi l-attenzjoni lejn il-mistoqsijiet taʼ introduzzjoni, taħt it-titlu tal-kapitlu.
Il-Gwerer/Il-Paċi
◼ “In-nies, kullimkien, jixxennqu għall-paċi. Taħseb li t-tama taʼ paċi fl-art hija sempliċi ħolma? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Salm 46:9, 10 (Salm 46:8, 9, NW).] Din il-pubblikazzjoni tiddiskuti kif Alla se jwettaq l-iskop tiegħu u jġib paċi globali.” Uri l-istampa f’paġna 35, u ikkunsidra paragrafi 17-21 f’paġni 34, 36.
Il-Ħajja taʼ Dejjem
◼ “Il-biċċa l-kbira tan-nies jixtiequ li jkollhom saħħa tajba u ħajja twila. Iżda kieku kien possibbli, tkun trid tgħix għal dejjem? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Rivelazzjoni 21:3, 4 u paragrafu 17 f’paġni 53-4.] Dan il-ktieb jiddiskuti kif nistgħu niksbu ħajja taʼ dejjem u kif se tkun il-ħajja meta dik il-wegħda ssir realtà.”
Il-Mewt/L-Irxoxt
◼ “Ħafna nies jitħassbu dwar x’jiġri verament fil-mewt. Taħseb li huwa possibbli għalina li nkunu nafu? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Koħèlet 9:5 u paragrafi 5-6 f’paġni 58-9.] Dan il-ktieb jispjega wkoll x’se tkun tfisser il-wegħda mill-Bibbja dwar l-irxoxt għal dawk li mietu.” Uri l-istampa f’paġna 75.
◼ “Meta xi ħadd li nħobbu jmut, huwa naturali li nkunu nixtiequ naraw lil din il-persuna mill-ġdid. Taqbel int? [Agħti ċans għal tweġiba.] Ħafna sabu faraġ fil-wegħda mill-Bibbja dwar l-irxoxt. [Aqra Ġwanni 5:28, 29 u paragrafi 16-17 f’paġna 72.] Dan il-kapitlu jwieġeb ukoll dawn il-mistoqsijiet.” Uri l-mistoqsijiet taʼ introduzzjoni f’paġna 66.
Ir-Reliġjon
◼ “Ħafna nies qegħdin iħarsu lejn ir-reliġjonijiet tad-dinja bħala l-kawża tal-problemi taʼ l-umanità minflok bħala soluzzjoni. Taħseb li r-reliġjon qed tidderieġi lin-nies fid-direzzjoni t-tajba? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Mattew 7:13, 14 u paragrafu 5 f’paġni 145-6.] Dan il-kapitlu jeżamina sitt karatteristiki li jidentifikaw il-qima li japprova Alla.” Uri l-lista f’paġna 147.
It-Talb
◼ “Qatt ħsibt kif Alla jwieġeb it-talb? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra l-1 Ġwanni 5:14, 15 u paragrafi 16-18 f’paġni 170-2.] Dan il-kapitlu jispjega wkoll għaliex għandna nitolbu lil Alla u xi rridu nagħmlu biex hu jismagħna.”
It-Traġedji/Is-Sofferenza
◼ “Meta sseħħ traġedja, ħafna jiddubitaw jekk Alla jimpurtahx verament min-nies u jekk jinnotax is-sofferenza tagħhom. Qatt ħsibt dwar dan? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra l-1 Pietru 5:7 u paragrafu 11 f’paġni 11-12.] Din il-pubblikazzjoni tispjega kif Alla se jneħħi s-sofferenza taʼ l-umanità għalkollox.” Uri l-mistoqsijiet taʼ introduzzjoni f’paġna 106.
[Kaxxa f’paġna 5]
Modi Kif Inwieġbu lil Xi Ħadd li Jistaqsi dwar l-Għoti tal-Kontribuzzjonijiet
“Għalkemm il-letteratura tagħna tiġi offruta bla ħlas, aħna naċċettaw donazzjonijiet żgħar għax-xogħol tagħna mad-dinja kollha.”
“Ix-xogħol tagħna mad-dinja kollha jiġi appoġġat minn donazzjonijiet volontarji. Jekk illum tixtieq tagħmel donazzjoni żgħira, jien naċċettaha bil-qalb kollha.”