(1) Mistoqsija, (2) Skrittura, u (3) Kapitlu
Mod sempliċi kif tippreżenta Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? hu billi (1) tqajjem mistoqsija biex tieħu l-opinjoni taʼ l-individwu, (2) taqra skrittura adattata, u (3) tiġbed l-attenzjoni taʼ l-inkwilin lejn kapitlu fil-ktieb li jiddiskuti dak is-suġġett billi taqra l-mistoqsijiet taʼ introduzzjoni taħt it-titlu tal-kapitlu. Jekk l-inkwilin juri interess, forsi tkun tistaʼ turi kif isir studju tal-Bibbja billi tuża l-ewwel paragrafi taʼ dak il-kapitlu. Dan il-metodu jistaʼ jintuża biex jinbeda studju meta nagħmlu l-ewwel żjara jew żjara lura.
◼ “Taħseb li huwa possibbli għal sempliċi bnedmin li jsiru jafu lill-Ħallieq tagħna li jistaʼ kollox, bħalma tgħid hawnhekk il-Bibbja?” Aqra Atti 17:26, 27, u agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad uri kapitlu 1.
◼ “Bil-problemi kollha li niffaċċjaw illum, taħseb li huwa possibbli li wieħed isib faraġ u tama bħalma hu deskritt hawnhekk?” Aqra Rumani 15:4, u agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad uri kapitlu 2.
◼ “Kieku kellek is-setgħa, tagħmel bidliet bħal dawn?” Aqra Rivelazzjoni 21:4, u agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad uri kapitlu 3.
◼ “Taħseb li wliedna xi darba se jgawdu l-kundizzjonijiet deskritti f’din l-għanja tal-qedem?” Aqra Salm 37:10, 11, u agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad uri kapitlu 3.
◼ “Taħseb li għad jasal jum meta dan il-kliem se jitwettaq?” Aqra Isaija 33:24, u agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad uri kapitlu 3.
◼ “Qatt ħsibt dwar jekk il-mejtin jafux x’qegħdin jagħmlu l-ħajjin?” Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Koħèlet 9:5, u uri kapitlu 6.
◼ “Taħseb li huwa possibbli li xi darba aħna se naraw ’il-maħbubin mejtin tagħna mill-ġdid, bħalma qal Ġesù f’dawn il-versi?” Aqra Ġwanni 5:28, 29, u agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad uri kapitlu 7.
◼ “Kif taħseb li r-rieda t’Alla tistaʼ sseħħ fl-art bħalma hi fis-sema, kif tgħid dit-talba magħrufa sew?” Aqra Mattew 6:9, 10, u agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad uri kapitlu 8.
◼ “Taħseb li aħna qed ngħixu fil-perijodu taʼ żmien li hu deskritt f’din il-profezija?” Aqra t-2 Timotju 3:1-4, u agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad uri kapitlu 9.
◼ “Ħafna nies jistaqsu għaliex il-problemi taʼ l-umanità donnhom sejrin għall-agħar. Qatt ikkunsidrajt l-ispjegazzjoni f’dan il-vers bħala possibbiltà?” Aqra Rivelazzjoni 12:9, u agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad uri kapitlu 10.
◼ “Qatt ħassejt li ridt tweġiba għal mistoqsija bħal din?” Aqra Ġob 21:7, u agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad uri kapitlu 11.
◼ “Taħseb li dan il-parir mill-Bibbja jistaʼ jgħin lil dawk li japplikawh biex igawdu ħajja tal-familja hienja?” Aqra Efesin 5:33, u agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad uri kapitlu 14.
Studju tal-Bibbja jistaʼ jiġi rapportat meta jkun sar darbtejn wara li tkun urejt lill-inkwilin kif isir studju u jekk jidher li l-istudju se jitkompla.