X’Nistgħu Ngħidu Dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa Jannar-Marzu
“L-esperti jirrikonoxxu kemm hu importanti l-irwol tal-missier fil-ħajja tal-familja. X’taħseb li jagħmel lil missier wieħed tajjeb? [Agħti ċans għal tweġiba.] Ġesù enfasizza kif l-eżempju taʼ Missieru għenu. [Aqra Ġwanni 5:19.] Dan l-artiklu jiġbed l-attenzjoni lejn sitt aspetti importanti taʼ l-irwol taʼ missier.” Uri l-artiklu li jibda f’paġna 12.
Stenbaħ! Jannar-Marzu
Miljuni taʼ nies, kemm jekk jgħidu li huma Kristjani u kemm jekk le, jitolbu bl-għajnuna t’oġġetti u ritwali. Kif taħseb li Alla jħares lejn prattiċi bħal dawn? (Agħti ċans għal tweġiba.) Innota x’kellu xi jgħid Ġesù dwar dan. [Aqra Mattew 6:7.] Dan l-artiklu f’paġna 18 jispjega x’jistenna Alla minna meta nitolbu.