X’Nistgħu Ngħidu Dwar ir-Rivisti
It-Torri taʼ l-Għassa Jannar-Marzu
“Taħseb li kieku l-irġiel u n-nisa miżżewġin japplikaw dan il-parir Bibliku, ir-rabtiet taż-żwieġ jissaħħu? [Aqra Ġob 31:1. Imbagħad, agħti ċans għal tweġiba.] Dan l-artiklu jiddiskuti l-prinċipji Bibliċi li jistgħu jgħinu lill-koppji biex iżommu l-impenn fiż-żwieġ tagħhom.” Uri l-artiklu li jibda minn paġna 18.
Stenbaħ! Jannar-Marzu
“L-Internet huwa għodda utli, imma jippreżenta perikli uniċi għat-tfal. Kif taħseb li nistgħu nipproteġuhom? [Agħti ċans għal tweġiba.] Jekk jogħġbok innota dan il-ħsieb. [Aqra Proverbji 18:1 u uri kif japplika.] Dan hu wieħed mis-sitt prinċipji Bibliċi li dan l-artiklu jiddiskuti biex jgħin lill-ġenituri jipproteġu lil uliedhom.” Uri l-artiklu f’paġna 8.