X’Nistgħu Ngħidu Dwar ir-Rivisti
It-Torri tal-Għassa April-Ġunju
“Meta jiġu mistoqsijin biex jagħżlu min hu l-iktar raġel influwenti fl-istorja, ħafna nies isemmu lil Ġesù. Huwa l-għażla tiegħek? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota għala għandna nipprovaw niċċaraw l-opinjonijiet li ma jaqblux dwaru biex nitgħallmu l-verità. [Aqra Ġwanni 17:3.] Din il-ħarġa speċjali tat-Torri tal-Għassa turi x’tgħid il-Bibbja verament dwar Ġesù u t-tagħlim tiegħu.”
Stenbaħ! April-Ġunju
“F’dawn iż-żminijiet diffiċli, ħafna nies iħossu li qed jaħdmu żżejjed u li huma stressati ħafna. Ġieli ħassejtek hekk? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota dan il-parir raġunevoli. [Aqra Ekkleżjasti 4:6.] Din ir-rivista tiddiskuti kif nistgħu nibbilanċjaw ix-xogħol, il-familja, u d-divertiment. Tagħti wkoll suġġerimenti lil dawk li qed ifittxu xi impjieg.”