X’Nistgħu Ngħidu Dwar ir-Rivisti
It-Torri tal-Għassa Lulju-Settembru
“Tistaʼ tkun tassew sfida li nagħmlu dak li hu sewwa meta n-nies jippressawna biex nagħmlu xort’oħra. X’taħseb li jistaʼ jgħinna biex nevitaw li nċedu? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Proverbji 29:25.] Dan l-artiklu t’għajnuna jagħtina ħames raġunijiet għala għandna nibżgħu li ma nogħġbux lil Alla minflok lill-bniedem.” Uri l-artiklu li jibda f’paġna 28.
Stenbaħ! Lulju-Settembru
“Bil-ħajja mgħaġġla tal-lum, ħafna ġenituri jfittxu gwida dwar kif irabbu lil uliedhom. X’taħseb li jistaʼ jgħin? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Proverbji 22:6.] Dan l-artiklu jippreżenta xi suġġerimenti dwar kif il-ġenituri jistgħu jipprovdu taħriġ tajjeb u jnaqqsu s-sigħat li t-tfal iqattgħu quddiem it-televixin.” Uri l-artiklu li jibda f’paġna 27.