X’Nistgħu Ngħidu Dwar ir-Rivisti
It-Torri tal-Għassa Jannar-Marzu
“Il-familji donnhom jinsabu taħt pressjoni li dejjem qed tiżdied. Kif taħseb li jiġu effettwati l-familji li kieku l-membri kellhom jipprovaw jimitaw din l-attitudni taʼ Ġesù? [Aqra Mattew 20:28. Imbagħad agħti ċans għal tweġiba.] Dan l-artiklu jiddiskuti ħames lezzjonijiet li l-familji jistgħu jitgħallmu mill-eżempju taʼ Ġesù.” Uri l-artiklu li jibda f’paġna 16.
Stenbaħ! Jannar-Marzu
“Taqbel li l-familji jiffaċċjaw għadd taʼ sfidi llum? [Agħti ċans għal tweġiba.] Ħafna ma jafux dwar il-pariri prattiċi li jinsabu fil-Bibbja. Hawnhekk hawn eżempju. [Aqra skrittura li tidher fir-rivista.] Din il-ħarġa speċjali taʼ Stenbaħ! turi kif il-prinċipji Bibliċi jistgħu jgħinu lill-familji jkollhom suċċess f’li jkampaw ma’ diversi sitwazzjonijiet.”